Kewkba ta' Betlehem: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 73:
L-ipoteżi li l-istilla ta' Betlehem kienet kometa, jew xi ħaġa simili, ġejja minn [[Oriġene ta' Lixandra]], li ma bbażax ruħu fuq it-tradizzjonijiet preċedenti, imma propona li kien hemm "stilla" ġdida, jiġifieri ġrajja eċċezzjonali, x'aktar bl-iskop li ma jmurx kontra d-drawwa tal-Insara li ma jipprattikawx l-astroloġija<ref>Contra Celsum, I, 58-59 ikkwotat fi [http://www.disf.org/Voci/35.asp ''Stella di Betlemme'', f' ''Dizionario Interdisciplinare di Scienza e Fede'']</ref>. Oriġene ikkwota t-trattat mitluf "Dwar il-kometi", miktub mill-preċettur ta' Neruni, Kajremon, li skontu d-dehra tal-kometi jew kwiekeb ġodda kien sinjal li twieled bniedem importanti u allura kien plawżibbli li l-Maġi bdew il-vjaġġ tagħhom meta dehret xi kometa jew stilla ġdida.
 
Hemm min ippropona li l-istilla setgħet kienet il-[[kometa ta' Halley]], li dehret fit-12 QK<ref>Dawn xi awturi li huma ta' din l-opinjoni: Kokkinos, 1989; Vardaman, 1989; A. Reznikov, 1986.</ref>, imma din ma taqbilx mal-opinjoni tal-parti l-kbira tal-istoriċi moderni li jaħsbu Ġesù twieled bejn is-7 Qk u l-4 QK. Ma nafux bil-mogħdija ta' kometi oħra fil-perjodu ta' interess, barra waħda fil-5 QK deskritta mill-astronomi Ċiniżi bħala kometa, imma llum spiss reinterpretata bħala supernova. L-identifikazzjoni tal-Kewkba bħala din il-kometa jaqbel magħha pereżemojupereżempju Colin Humphreys<ref>Humphreys, 1995.</ref>, cheli lajużaha utilizzabiex perjagħti dataremadwar lal-Għid nascitatal-5 diQK Cristobħala attornod-data allata' Pasquameta deltwieled [[5 a.CKristu.]]
 
Kif għedna hawn fuq, l-identifikazzjoni tal-"Kewkba" bħala kometa saret opinjoni komuni fis-seklu 16, sklu wara l-pittura ta' [[Giotto]].