Kolonja ta' Malta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 47:
==It-Tieni Gwerra Dinjija==
Malta kienet involuta sew fit-Tieni Gwerra Dinjija minħabba l-fatt li l-Italja kienet kontra l-Ingilterra fil-gwerra. Malta ġiet ibbumbardjata spiss u ħafna nies mietu (10,000), speċjalment fl-inħawi tal-[[Port il-Kbir]]. Barra minn hekk, diversi binjiet storiċi bħat-[[Teatru Rjal]], il-[[Berġa ta' Alvernja]] u [[Forti San Mikiel]] ġew imġarrfa u ma reġgħux inbnew. Malta ġiet salvata fil-konvoj ta' Santa Marija, [[Operation Pedestal]] fejn ħames vapuri fosthom l-[[SS Ohio|''Ohio'']] rnexxielhom jaslu Malta bl-ikel u l-fjuwil li kien essenzjali għal Malta. Il-bumbardamenti fuq Malta naqsu fl-1943 u dik is-sena l-alleati attakkaw [[Sqallija]] minn Malta. B'hekk il-forzi Germaniżi u Taljani ma kellhomx minn fejn jattakkaw lil Malta u b'hekk il-gwerra f'Malta spiċċat.
 
==It-triq għall-indipendenza==
Wara l-gwerra Malta reġgħet ingħatat is-''self-government'' fil-[[Kostituzzjoni ta' Malta tal-1947|kostituzzjoni tal-1947]], u b'hekk bdiet it-triq għall-indipendenza. Waqt li kien hemm diversi problemi fil-ħamsinijiet fosthom il-proposta tal-integrazzjoni mar-Renju Unit, l-interdett u r-rundown tal-forzi Ingliżi f'Malta, eventwalment Malta ngħatat l-indipendenza fil-21 ta' Settembru, 1964.
 
==Ara wkoll==