Joseph Muscat: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 288:
* Se jinfetħu żewġ ‘day centres’ ġodda għall-anzjani, wieħed fil-Birgu u ieħor f’Ħal-Balzan.
* Se jimmodernizza l-qasam tat-Telecare.
 
=== Ħidma ekonomika tal-Gvern fit-Tieni Sena tiegħu (2014) ===
 
Fit-tieni ta' amministrazzjoni Laburista, l-ekonomija Maltija kompliet tikber b’rata ta’ 3.2% f’termini reali, bi tkabbir ekonomiku fost l-ogħla fl-Unjoni Ewropea. L-ammont totali tal-pagi tal-impjegati kiber b’5.6%. Fl-istess waqt, il-profitti tal-kumpaniji żdiedu b’1.7%.
 
F'sena, inħolqu ’l fuq minn 6,000 impjieg ġdid li jfisser aktar minn 17-il impjieg ġdid kuljum. Kien is-settur privat li xpruna l-ħolqien ta’ dawn l-impjiegi permezz tal-ingaġġ ta’ aktar minn 4,000 impjieg ġdid full-time. Setturi bħal manifattura, tar-retail u kostruzzjoni kellhom ukoll żieda fl-impjiegi. Ir-rata tal-qgħad niżlet għal 5.8 fil-mija li hi l-anqas rata li qatt rat Malta kif ukoll fost l-anqas rati fl-Unjoni Ewropea.
 
Iż-żieda fil-prezzijiet bdiet kull ma tmur tonqos speċjalmenti wara r-roħs fit-tariffi tad-dawl u l-ilma għall-familji. F’Settembru 2014, ir-rata tal-inflazzjoni kienet ta’ 0.6%.
 
Id-defiċit tal-Gvern naqas bi 2.7%.
 
=== It-Tieni Budget ta' Gvern Laburista ===
 
* Se jingħata “bonus” addizzjonali ta’ darba ta’ €35 ewro fis-sena, li mhux se jkun taxxabbli.
Dan se jeħduh il-“full time” kollha li mhux qed igawdu mit-tnaqqis fit-taxxa tad-dħul, il-pensjonanti kollha u dawk kollha fuq il-benefiċċji soċjali u se tingħata wkoll “pro-rata” għall-ħaddiema “part-timers” u għall-istudenti.
Tħabbar li se jkun il-Gvern li se jħallas dan il-“bonus” ta’ darba lill-ħaddiema fis-settur privat.
 
* Il-kumpens għall-għoli tal-ħajja se jkun ta’ 58c fil-ġimgħa, maħdum skont il-mekkaniżmu maqbul mal-imsieħba soċjali.
It-taxxa ta’ 29% għal dawk li jaqilgħu inqas minn €60,000 se titnaqqas għal 25%.
Se jiżdied ukoll il-limitu tal-paga minima biex il-Gvern jieħu kont tal-COLA u dan se jkun qed japplika wkoll għall-pensjonijiet.
Mis-sena d-dieħla, il-Gvern se jagħti l-ammont kollu tal-COLA lill-pensjonanti sabiex jirċievu l-kumpens tal-għoli tal-ħajja.
 
* Qed tiddaħħal sisa fuq l-għalf għall-“fish farms”.
* Tħabbret rata ta’ sisa fuq l-inbid se tkun ta’ 20 ċenteżmu l-litru.
L-inbid huwa l-uniku alkoħol li mhux intaxxat u għalhekk qed joħloq diskrepanza fis-suq.
Il-Gvern jemmen fil-prodott lokali u għalhekk se tibda kampanja ta’ promozzjoni favur l-użu tal-inbid Malti.
* Id-dazju fuq is-sigaretti, it-tabakk tal-pipa u t-taxxa fuq prodotti oħra se jinbidlu.
* Id-dazju fuq is-servizzi tat-telefonija ċellulari se jiżdied b’1% filwaqt li d-dazju fuq is-siment se jiżdied bi €8 għal kull tunnellata.
 
* Qed tiġi riveduta l-bolla li titħallas fuq il-poloz tal-assigurazzjoni b’ċenteżmu fuq kull ewro bil-minimu jkun ta’ €13. Il-poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mhux se jintlaqtu.
 
* Il-liċenzji tal-karozzi se jiżdiedu b’ammont marġinali.
Il-liċenzji tal-karozzi li ġew reġistrati mill-bidu tal-2009 ‘l quddiem u b’emissjonijiet tal-karbonju baxx se jibqa’ l-istess.
It-taxxa tar-reġistrazzjoni għall-ATV’s jew quad bikes se titnaqqas bi kważi 50%.
Dwar il-muturi, dawk li għandhom ċilindraġġ żgħar u li jiġu klassifikati bħala “vintage” se jkunu eżentati mit-taxxa tar-reġistrazzjoni.
Tħabbret ukoll reviżjoni tar-rati mħallsa mill-krejnijiet u apparat ieħor li jintuża fil-kostruzzjoni.
“Tower Cranes” sa 10 metru kwadru se jibdew iħallsu r-rata ta’ €10 kuljum filwaqt li “tower cranes” ikbar se jibdew iħallsu €15 kuljum.
 
* Se tiżdied ukoll il-liċenzja tas-“swimming pools” bi 15%.
 
* Se jkun hemm żieda fil-miżati mid-Dipartiment tal-Gvern.
 
* Il-prezz tal-gass se jibqa’ stabbli għal €18 sa’ April 2015.
Id-dazju fuq il-“leaded petrol”, li jintuża mill-ajruport biss, se jiżdied b’2 ċenteżmi kull litru filwaqt li dak fuq “unleaded petrol” se jiżdied b’ċenteżmu kull litru.
Id-dazju fuq il-“gas oil”, “diesel”, “biodiesel”, “heavy fuel oil” u l-pitrolju se jiżdied b’2 ċenteżmi kull litru.
Għalkemm se jiżdied id-dazju, il-prezz tal-“petrol” u d-“diesel” xorta se jonqos.
Permezz ta’ ftehim mal-Enemalta, il-prezz tal-“petrol unleaded” se jorħos b’2 ċenteżmi għal €1.42c kull litru u dak tad-“diesel” ukoll se jorħos b’ċenteżmu għal €1.35c kull litru.
Dawn il-prezzijiet se jibqgħu stabbli sal-aħħar ta’ Marzu 2015.
 
* Riforma fis-sistema tat-taxxa proviżorja u dik finali dwar il-propjetà, bl-introduzzjoni ta’ taxxa finali ta’ 12%.
Mill-1 ta’ Jannar 2015 se titneħħa t-taxxa ta’ 35% u minflok se tidħol fis-seħħ taxxa finali ta’ 8% fuq il-valur tal-propjetà trasferita.
Dan ifisser li r-rata kurrenti ta’ 12% se tonqos għal 8%.
Trasferimenti ta’ propjetà se jkunu suġġetti għal taxxa finali fuq il-valur mibjugħa mingħajr ma jitnaqqsu l-ispejjeż u din it-taxxa se titħallas mal-kuntratt tal-bejgħ.
Il-konċessjoni għal min jixtri propjetà għall-ewwel darba ġew eżentati mill-boll fuq l-ewwel €150,000 tal-valur tal-propjetà.
L-iskema introdotta fl-aħħar baġit ġiet estiża sat-30 ta’ Ġunju 2015.
 
* L-eko kontribuzzjoni fuq it-“tyres”, skrataċ u ċertu tipi ta’ żjut qiegħda titneħħa u minflokha qed jidaħħal dazju tas-sisa.
Ir-reviżjoni fl-eko kontribuzzjoni se titneħħa minn fuq l-apparat elettroniku u li jaħdem bl-elettriku, minn mowbaljs sa’ televixins u “fridges”.
L-eko kontribuzzjoni fuq l-apparat kollu elettroniku se tispiċċa mill-1 ta’ Settembru 2015.
 
=== L-Elezzjonijiet Ewropej tal-2014 ===