Lino Spiteri: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 5:
== Letteratura ==
 
Beda jikteb in-novelli minn kmieni, bl-ewwel waħda tiegħu, ''Raġel Kburi'' – lokata f’Wied il-Kbir, barra Ħal Qormi. Kiteb madwar 110 novelli, imsejsa f’realiżmu soċjali, b’madwar kwart minnhom ambjentati fil-qasam soċjo-politiku, ’il hinn mill-parteġġjaniżmu.
 
L-ewwel ġabra ta’ novelli mit-tmienja li ppubblika bejn l-1968 u l-2005 (waħda minnhom fantasiji bl-Ingliż) kienet ''Tad-Demm u l-Laħam u stejjer oħra''. L-iżjed ġabra għal qalbu jgħid li hi ''Stejjer għal Valentina'', fejn l-awtur, jiċċelebra l-ferħ tiegħu li hu nannu billi jkellem lin-neputijiet tiegħu bi stejjer dwar il-ħajja. L-aktar ġabra riċenti (2005) hi ''Meta Jdellel il-Qamar''.
 
Flimkien ma’ publikazzjonijietpubblikazzjonijiet oħra Spiteri ħareġ ukoll tliet ġabriet ta’ poeżija u rumanz soċjo-politiku, ''Rivoluzzjoni, do Minore'', li jirreġistra l-ħasra u l-ħala tal-kwistjoni politiko-reliġjuża tas-Sittinijiet, li għal Spiteri kienu l-ewwel fażi tal-karriera politika tiegħu.
 
Fl-2005 inghata l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ghan-novelli u r-rumanzi.
 
 
== Politika ==
Line 18 ⟶ 17:
Spiteri daħal fil-Parlament ta’ 23 sena fi żmien il-kwistjoni politiko-reliġjuża, u dam mill-1962 sal-1966. Wara li mar jistudja barra, fost ħwejjeġ ieħor mexxa l-Bank Ċentrali, reġa tela' fil-Parlament fl-1981 u baqa’ membru sa ma rtira mill-politika fl-1998. Tul il-21 sena li għamel fil-Parlament f’isem il-Partit Laburista kien ministru darbtejn, u serva b’kollox għal sitt snin.
 
Spiteri jammetti li l-ikbar żball politiku li għamel kien dak li kkontesta l-elezzjoni tal-1996 minkejja li ma qabilx mal-pożizzjoni tal-partit Laburista favur it-tneħħija tal-VAT.F'intervista li ta fl-2007, qal: “Ħassejt li kieku tlaqt mill-partit qabel l-elezzjoni kienet issir iktar ħsara lill-MLP. Tista’ tgħidli li l-ħsara xorta waħda saret wara, tant li l-Gvern dam biss 22 xahar. Jista’ jkun ukoll. Iżda sal-lum għadni ma nistax nifhem kif il-maġġoranza li kellu l-MLP fl-1996 svintatżvintat fix-xejn u saħansitra l-PN kabbar dik il-maġġoranza fl-1998. [[Alfred Sant]] kellu raġun jgħid li ma setax jiggverna b’Mintoff jorbotlu jdejh wara dahru. Iżda nħoss li t-''timing'' tal-elezzjoni bikrija kien ħażin. Alfred kien konvint li seta jirbaħ dik l-elezzjoni għax ħass li bir-rabja li kien hemm kontra Mintoff fost il-Laburisti l-mument kien opportun biex tisfruttah. Nemmen li dak kien l-iktar kalkolu politiku żbaljat ta’ Alfred Sant... Nemmen li Mintoff ma ridx iwaqqa’ Gvern. Ried iġib sitwazzjoni fejn Alfred Sant iwarrab biex minfloku jmexxi xi ħaddieħor li kien ikollu maġġoranza Laburista garantita fil-Parlament. Iżda Mintoff ma sab lil ħadd jilgħablu l-logħba...
 
Dak iż-żmien kienu ħafna li spekulaw dwar dan dan l-oġġettiv ta’ Mintoff u l-possibbiltà li Lino Spiteri jieħu post Sant fit-tmexxija tal-partit. Lino jgħid bla tlaqliq li probabbilment l-oġġettiv ta’ Mintoff kien li jħajjar lilu biex jieħu post Sant. “Mintoff kien bagħat għalija biex niltaqa’ miegħu. Ma kontx aċċettajt u ma nafx x’ried jgħidli iżda nista’ nobsor x’kien it-tir tiegħu. Dakinhar kont anki rrappurtajt lil Alfred Sant li l-Perit ried jiltaqa’ miegħi u għalhekk ħadtha bi kbira meta dakinhar stess li jien tkellimt ma’ Alfred Sant u anki tajtu xi pariri tekniċi, filgħaxija fil-Parlament semma lil wieħed mill-ħbieb tiegħi, Tony Nicholl, bla bżonn.”
 
 
F'Mejju 2000, Lino Spiteri allega li fl-elezzjoni għall-ħatra ta' mexxej ġdid tal-Partit fl-1992, Pawlu Muscat, sindku Laburista ta' Bormla, kien bagħbas fil-voti biex ma jitlax hu, tbagħbis li Spiteri qal, u anke Muscat qal, Alfred Sant ma kellux x'jaqsam miegħu u lanqas kien jaf bih. Muscat kien tressaq quddiem il-Bord ta' Viġilanza u Dixxiplina tal-Partit Laburista u rtira dak li kien qal.
Line 33 ⟶ 31:
== Ħajja Personali ==
 
Spiteri għandukellu diżabbiltàdiżabiltà fiżika għax twieled bi driegħ wieħed iżda din kienet fattur importanti fl-għaġna tal-karattru assertiv u ‘ġellied’ tiegħu li anki għenu jkun indipendenti fiżikament u fil-ħsieb. “Kelli nirreżisti kemm-il darba għall-inkejja u t-tinbix tan-nies u allura sawwart karattru daqxejn supperv anki biex inpatti għall-mistħija. Iżda anki fuq livell fiżiku qatt ma bżajt nieqaf lil min ipprova jweġġagħni”, qal f'intervista fl-2007. “Inħobb nuża lili nnifsi bħala eżempju biex ninkoraġġixxi lil ġenituri ta’ tfal b’diżabbiltà ħalli jemmnu f’uliedhom bħalma emmnu fija l-ġenituri tiegħi li rabbewni indipendenti minkejja kollox.”
 
Fl-2008 Spiteri nghata Ġieħ ir-Repubblika u nġararnħatar Kumpann tal-Ordni tal-Mertu.
 
Lino Spiteri iźźewweġ lil Vivienne neé Azzopardi fl-[[20 t’Awwissu]], [[1964]] u għandhomkellhom erbat itfal, Noelle, Bertrand, Lara u Lincoln.
Fl-2008 Spiteri nghata Ġieħ ir-Repubblika u nġarar Kumpann tal-Ordni tal-Mertu
 
Lino Spiteri iźźewweġ lil Vivienne neé Azzopardi fl-[[20 t’Awwissu]], [[1964]] u għandhom erbat itfal, Noelle, Bertrand, Lara u Lincoln.
{{DEFAULTSORT:Spiteri, Lino}}
[[Kategorija: Politiċi tal-Partit Laburista (Malta)]]