Mikiel Anton Vassalli: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 46.11.125.182 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' Leli Forte
Linja 18:
{{cquote|iwarrbu d-dalma ta' l-injoranza, ikissru l-ktajjen ta' fehmiet imqarrqa u ta' deni.}}
 
Għaldaqstant ħa sehem fit-tkeċċija tal-[[Kavallieri ta' San Ġwann|Kavallieri]] minn Malta favur il-ħakma Franċiza, u għalhekk intefa' l-ħabs mill-Kavallieri fil-forti Rikażli fejn dam sentejn sakemm inħeles minn [[Napuljun I ta' Franza|Napuljun]] li laħħqu Ajjutant biex isoddlu ħalqu. Għall-għerf li bih kien imżejjen u għall-ħidma li ħadem favur il-Franċiżi kien ħaqqu jiġi mħallas b'xi ħaġa aħjar. Meta l-Ingliżi waslu Malta tefgħu lil Vassalli mill-ġdid fil-ħabs "fuq suspett li hu miftiehem mal-għedewwa". Huwa qatta' sena fil-qorti Kapitali Kapitanali tal-Imdina sakemm marad u ħaduh fl-isptar tad-Dumnikani tar-[[Rabat (Malta)|Rabat]]. Jingħad li lanqas fl-isptar ma fdawh għax rabtulu siequ b'katina tal-ħadid mas-sodda. Xahar wara, eżiljawh fi [[Franza]] għal dejjem bħala [[Ġakbin]]. u dejjem kien qed jajad mariah mariah kemm inhobok
 
Iżda għoxrin sena wara, fl-1820, Vassalli wasal lura Malta, għajjien u nieqes minn mezzi ta' għixien għalih u għal uliedu. B'xorti tajba, Vassalli għamel ħbieb ma' [[John Hookham Frere]], il-President tal-Kunsill tal-Università li bis-saħħa tiegħu sar l-ewwel professur tal-Malti fl-Università.