Pawlu Cremona: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:Bishop.malta.paul.cremona.JPG|right|thumb|150px|L-Arċisqof Pawlu Cremona]]
[[Stampa:Coat of arms of Paul Cremona.svg|right|thumb|150px|]]
'''Mons. Pawl Cremona OP''' huwakien tit-tielet [[Arċidjoċesi ta' Malta|Arċisqof ta' Malta]]. Huwa ġie ordnat fis-[[26 ta' Jannar]], [[2007]] fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann. Nhar it-18 ta' Ottubru 2014 tħabbar li l-Papa Frangisku aċċetta r-riżenja tal-Arċisqof Cremona, minħabba raġunijiet ta’ saħħa.
 
==Tfulija==
Linja 91:
 
Nhar l-20 ta' Ottubru 2010, il-Papa Benedittu ħatar 24 kardinal ġdid. Mons. Pawlu Cremona ma kienx wieħed minnhom.
 
== Riżenja ==
 
Nhar it-18 ta' Ottubru 2014, in-Nunzju Appostoliku għal Malta, Monsinjur Aldo Cavalli ħabbar li l-[[Papa Frangisku]] aċċetta r-riżenja tal-Arċisqof Pawlu Cremona. Mons. Cremona rriżenja minħabba raġunijiet ta’ saħħa. Ir-riżenja daħlet fis-seħħ minn dakinhar stess f’nofsinhar. Mons. Cremona ngħata t-titlu ta’ Arċisqof Emeritu ta’ Malta.
 
F’ittra bid-data tat-8 t’Ottubru, indirizzata lill-Arċisqof Pawlu Cremona, il-Papa rringrazzja lill-Arċisqof Emeritu għall-ministeru episkopali tiegħu li kien magħruf u apprezzat għall-imħabba pastorali u l-kuntatt uman mill-qrib mal-Poplu ta’ Alla.
 
Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, l-Arċisqof Cremona qal li issa jinsab fil-paċi għax jaf li quddiem Alla għamel l-aħjar deċiżjoni. Spjega li ried ikun huwa stess li jwassal il-messaġġ lill-poplu Malti li mhux se jibqa’ Arċisqof, wara li kiteb lill-Papa. Żied jgħid li ħa d-deċiżjoni quddiem Alla għax saħħtu marret lura u jħoss li jkun aħjar li l-Knisja titmexxa minn xi ħaddieħor.L-Arċisqof Cremona ddeskriva bħala unur il-fatt li mexxa l-Knisja Maltija għal kważi tmien snin, fejn irringrazzja lil Alla għan-nies li bagħatlu biex jgħinuh. Qal li f’qalbu ma għandu l-ebda rankur għal ħadd u minn issa stess lest li jgħin lis-suċċessur tiegħu.
 
Min-naħa tiegħu, l-Isqof Awżiljarju [[Charles J. Scicluna]] rringrazzja lil Monsinjur Cremona u qallu li kien u jibqa’ xbieha sabiħa ta’ Ragħaj it-Tajjeb. Semma kif bħala Arċisqof kien dejjem qrib it-tbatija tal-poplu Malti u li dejjem il-poplu ammira l-kuraġġ li wera u l-ferħ li ġab. L-Isqof Scicluna awguralu ħajja twila biex il-poplu jkompli jgawdi dan id-don tal-Mulej.
 
Fi stqarrija l-Prim Ministru [[Joseph Muscat]] irringrazzja lill-Arċisqof Cremona għall-ħidma tiegħu. Muscat qal li l-Arċisqof Cremona dejjem żamm ‘il bogħod mill-politika partiġġjana u awgura li l-Arċisqof il-ġdid jagħmel l-istess għall-ġid tal-għaqda nazzjonali. “Huwa b'dispjaċir li ġejt mgħarraf bid-deċiżjoni ta' Monsinjur Pawlu Cremona li jirriżenja minn Arċisqof tal-Arċidjocesi ta' Malta. Ma hemmx l-iċken dubju li l-effet tat-tmexxija ta' Pawlu Cremona fuq il-Knisja Maltija kienet waħda pożittiva, fejn l-umiltà tiegħu magħquda mall-mod sempliċi li bih kien jispjega, ġibdet eluf ta' persuni warajh. Fl-istess ħin, l-interventi tiegħu kienu miżgħuda b' valur intelletwali għoli li jagħti lok għal riflessjoni. Matul it-tmexxija tiegħu, l-Arċisqof Cremona ra li l-Knisja Maltija tintervjeni f'dibattiti pubbliċi ta' importanza, speċjalment fil-qasam soċjali, iżda b'għaqal żamm lil Knisja 'il bogħod mill-politika partiġġjana. Nawgura li s-suċċessur tiegħu jimxi fuq dawn il-passi li jgħinu jġibu għaqda Nazzjonali. Il-bidla fit-tmexxija tal-Knisja f'Malta qed tasal f’waqt sinjifikattiv għal Knisja Kattolika madwar id-dinja, speċjalment fiż-żmien fejn qed jitlaqqa’ s-Sinodu dwar il-Familja, li d-diskussjonijiet fi ħdanu qed jagħtu tama lil ħafna. F'ismi u f'isem il-Gvern u l-poplu, nirringrazzja lil Monsinjur Pawlu Cremona għal ħidma kbira tiegħu u nawguralu dak li tixtieq qalbu,” intqal fi stqarrija mill-Prim Ministru.
 
== Ħoloq Esterni ==