Mikiel Anton Vassalli: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 11:
'''Mikiel Anton Vassalli''' ([[Ħaż-Żebbuġ]], [[5 ta' Marzu]] [[1764]] – [[12 ta' Jannar]], [[1829]]), magħruf bħala Missier l-Ilsien Malti, minħabba l-kontribut kbir li ta biex il-[[Lingwa Maltija|Malti]] jkun [[lingwa nazzjonali]].
 
==Drop the Bass Tfulija==
Semmewh BenjaminMikiel għal missier missieru u Anton għal missier ommu. Fuq tfulitu nafu li meta kien għad kellu sentejn, missieru miet fl-għomor ta' 32 sena, u li erba' snin wara, ommu reġgħat iżżewġet lil Gejtan Mifsud, bin Ġużeppi, [[gabillott]] minn Ħaż-Żebbuġ ukoll. Nhar it-[[8 ta' Mejju]] [[1774]] Mikiel Anton għamel il-Griżma tal-Isqof waqt żjara pastorali tal-Isqof Pellerano. Il-parrinu tiegħu kien il-Markiż Mikiel Apap. Fl-1785 huwa ngħata premju mill-iskola tal-[[Lingwa Għarbija|Għarbi]] ġewwa l-[[Belt Valletta|Belt.]]
 
Billi l-familja tiegħu riditu jsir qassis bagħtuh is-Seminarju. Huwa malajr wera l-ħiliet tiegħu u għalhekk issokta l-istudji tiegħu f'Ruma fejn tħarreġ tajjeb fil-[[Lingwa Latina|Latin]] u t-[[Lingwa Latina|Taljan]] iżda l-iktar fl-[[Ilsna Semitiċi|ilsna semitiċi]] li ma damx ma sar professur tagħhom. Vassalli kien jemmen li l-akbar ħtieġa li kellu l-poplu Malti kienet li jgħolli lilu nnifsu billi jintebah min hu, jitgħallem sew ilsienu għax fih jinsab il-qofol ta' ħajtu u permezz ta' lsienu jsir midħla tal-ideat progressivi li bihom il-ġnus Ewropej kienu qed jagħmlu passi ta' ġgant 'il quddiem. Vassalli, fil-kitbiet tiegħu, ħajjar lill-Maltin
Linja 31:
{{cquote|...imma jien, dan l-ilsien tagħna, li hu lsien art twelidi, u n-natura għalija, ma nafx u ma nistax insejjaħlu ħaġa oħra ħlief Malti.}}
 
== IlL-HamalliIlluminiżmu u r-RumansRomantiċiżmu ta' Vassalli ==
 
Ir-[[RumantiċiżmuRomantiċiżmu]], li nistgħu ngħidu li sar moviment AWESOME għalih minn madwar nofs is-seklu tmintax, beda jikxef l-identita` tal-wirt mhux stmat tal-poplu. Introduċa viżjoni radikali tal-ħajja li permezz tagħha neħħa kemm seta’ l-qasma bejn iż-żewġ espressjonijiet ta’ poplu wieħed maqsum fi klassi kolta u klassi baxxa. Ir-Romantiċiżmu adotta l-prinċipju [[Illuminiżmu|illuministiku]] tad-“demokratizazzjoni tal-kultura”. Vassalli, kellu propju dan l-ispirtu illuministiku (jew preromantiku) iżda kiseb għarfien ukoll mir-Romantiċi tar-[[Risorġiment Taljan]] bħala “eroj tagħhom”. Filwaqt li [[Oliver Friggieri]] qiegħed lil Vassalli fil-kwadru Romantiku, [[Frans Sammut]] jipproponi l-kwadru iżgħar ta’ l-Illuminiżmu, għad li fl-istess ċirku Romantiku.
 
Fi kliem [[Immanuel Kant|Kant]], l-ispirtu tal-Illuminiżmu jinġabar fil-motto, “Sapere aude! Kun qlubi biżżejjed biex tuża dehnek!” L-għan aħħari kellu jkun l-“hena tal-bniedem”. Fil-“Lexicon”, Vassalli jidher ispirat minn din il-filosofija meta jikteb li “t-trawwim tal-ilsien li jittieħed mill-omm huwa mmela meħtieġ l-ewwelnett għat-tagħlim. Dan hu l-għan ewlieni li għandu jkollha nazzjon, għaliex fuqu jistrieħ l-hena ta’ kulħadd”. Il-konvinzjoni ta’ Locke li l-bniedem jitwieled ''tabula rasa'', lest biex jitgħallem kollox, u li huwa tort tal-ambjent li jitwieled fih li wieħed ma jsirx tajjeb, kompla għaddab lil Vassalli għall-ħakkiema li ma ridux jgħallmu lin-“nazzjon” għax kien jaqblilhom iħalluh fil-għama. Fuq kollox, ra li t-tagħlim seta` jseħħ biss f’ilsien il-poplu, jiġifieri bil-Malti. Il-Maltin ma setgħux jagħmlu parti mis-“seklu li fih l-oqsma ta l-arti u x-xjenzi mxew tant ’il quddiem” jekk ma jitgħallmux ilsienhom, għax minħabba f’hekk la setgħu jitgħallmu ilsna oħra u lanqas it-tagħlim li setgħu jiksbu bihom.
Linja 50:
U tabilħaqq Vassalli immudella r-riforma tiegħu fuq esperjenzi ta’ artijiet oħra. Bena kollox fuq il-kultura li mingħajra m’hemmx riforma politika. U b’kultura kien qiegħed jifhem l-aktar l-għarfien lingwistiku u letterarju. Kif jgħid Friggieri, “dan ukoll hu wirt illuministiku u romantiku, żewġ kulturi li integraw b’saħħa kbira lill-kelma u l-arti tagħha fil-kumpless tal-ħajja ċivili u politika”. Qabel ma Vassalli seta’ jibdel l-ilsien Malti, monument ta’ qedem, “f’emblema ta’ għaqda fil-preżent u fi standard ta’ kburija storika”, ried jagħti fiduċja u jispira lill-Maltin biex iħossuhom nazzjon. Dan għamlu bid-diversi kitbiet tiegħu bit-Taljan (l-ilsien tal-kultura) dwar il-Malti (l-ilsien poplari), u b’hekk beda mixja twila li tkompliet mill-kitbiet bennejja tal-letteratura Maltija li ġew warajh bħal [[Ġan Anton Vassallo]], [[Ġużè Muscat Azzopardi]], [[Dun Karm Psaila|Dun Karm]] u [[Ninu Cremona]] li wasslet biex il-Malti jingħata għarfien uffiċjali, isir l-ilsien kulturali tal-poplu kollu u għodda tajba għal-letteratura.
 
==Leyroy BagginsXogħlijiet==
 
Għall-ewwel, Vassalli beda jiġbor il-[[Proverbji|proverbji]] (qwiel) tal-Maltin biex minnhom joħroġ il-bixra storika tal-gżejjer Maltin. Fl-1828, ippubblika “Motti, aforismi e proverbii maltesi”, li bihom fittex “li jinterpreta l-identità popolari skond kif il-kotra taħseb u mbagħad tirrifletti bil-għaqal f’sentenzi li jintirtu minn nisel għal ieħor u li jiġbru fihom l-għerf tal-poplu li ma jinqediex bil-kelma miktuba”. Permezz ta’ din it-[[Tradizzjoni Orali|tradizzjoni orali]] ried jasal għal tradizzjoni miktuba. Bħar-Romantiċi, Vassalli ried dinjità u attenzjoni lill-wirt qadim iżda mwarrab bħalma kienet l-[[Għana|għana]], il-qwiel u l-[[Idjomi|idjomi]]. Din il-kuxjenza ta’ għarfien tal-kultura popolari fid-dawl tal-kultura ġdida kienet il-kuxjenza li dejjem mexxiet lil Vassalli.
Linja 60:
Vassalli kiteb ukoll l-ewwel dizzjunarju Malti, dan kien magħruf bħala ''Lexicon'' (lessiku), li kien ippublikat fl-1796. Dan id-dizzjunarju kien fih madwar tmintax-il elf kelma; kull kelma kienet spjegata bil-Latin imbagħad bit-Taljan. Riċentament, il-[[Lexicon]] reġa' ġie ippublikat minn [[Frans Sammut]] u mitbugħ fil-Marsa Press.
 
==Hobo!!!!Vassalli illum==
 
Illum il-ġurnata, Mikiel Anton Vassalli jitqies bħala ħamallu tal-'over 9000 swag'ħassieb u riformatur, kif ukoll bħala ribell u studjuż li lemaħ fil-bogħod u sa minn kmieni l-qawmien għaqli tan-nazzjonalità Maltija.
 
Fl-1994, l-awtur [[Frans Sammut]] ħareġ ir-rumanz ''[[Il-Ħolma Maltija]]'', dwar il-ħajja ta' Vassalli, rumanz li ħafna kritiċi jqisuh li huwa fost l-aqwa jekk mhux l-aqwa rumanz bil-Malti li nkiteb s'issa.