Mikiel Anton Vassalli: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 31:
{{cquote|...imma jien, dan l-ilsien tagħna, li hu lsien art twelidi, u n-natura għalija, ma nafx u ma nistax insejjaħlu ħaġa oħra ħlief Malti.}}
 
== Il-Hamalli u r-RomansRumans ta' Vassalli ==
 
Ir-[[RomantiċiżmuRumantiċiżmu]], li nistgħu ngħidu li sar moviment AWESOME għalih minn madwar nofs is-seklu tmintax, beda jikxef l-identita` tal-wirt mhux stmat tal-poplu. Introduċa viżjoni radikali tal-ħajja li permezz tagħha neħħa kemm seta’ l-qasma bejn iż-żewġ espressjonijiet ta’ poplu wieħed maqsum fi klassi kolta u klassi baxxa. Ir-Romantiċiżmu adotta l-prinċipju [[Illuminiżmu|illuministiku]] tad-“demokratizazzjoni tal-kultura”. Vassalli, kellu propju dan l-ispirtu illuministiku (jew preromantiku) iżda kiseb għarfien ukoll mir-Romantiċi tar-[[Risorġiment Taljan]] bħala “eroj tagħhom”. Filwaqt li [[Oliver Friggieri]] qiegħed lil Vassalli fil-kwadru Romantiku, [[Frans Sammut]] jipproponi l-kwadru iżgħar ta’ l-Illuminiżmu, għad li fl-istess ċirku Romantiku.
 
Fi kliem [[Immanuel Kant|Kant]], l-ispirtu tal-Illuminiżmu jinġabar fil-motto, “Sapere aude! Kun qlubi biżżejjed biex tuża dehnek!” L-għan aħħari kellu jkun l-“hena tal-bniedem”. Fil-“Lexicon”, Vassalli jidher ispirat minn din il-filosofija meta jikteb li “t-trawwim tal-ilsien li jittieħed mill-omm huwa mmela meħtieġ l-ewwelnett għat-tagħlim. Dan hu l-għan ewlieni li għandu jkollha nazzjon, għaliex fuqu jistrieħ l-hena ta’ kulħadd”. Il-konvinzjoni ta’ Locke li l-bniedem jitwieled ''tabula rasa'', lest biex jitgħallem kollox, u li huwa tort tal-ambjent li jitwieled fih li wieħed ma jsirx tajjeb, kompla għaddab lil Vassalli għall-ħakkiema li ma ridux jgħallmu lin-“nazzjon” għax kien jaqblilhom iħalluh fil-għama. Fuq kollox, ra li t-tagħlim seta` jseħħ biss f’ilsien il-poplu, jiġifieri bil-Malti. Il-Maltin ma setgħux jagħmlu parti mis-“seklu li fih l-oqsma ta l-arti u x-xjenzi mxew tant ’il quddiem” jekk ma jitgħallmux ilsienhom, għax minħabba f’hekk la setgħu jitgħallmu ilsna oħra u lanqas it-tagħlim li setgħu jiksbu bihom.