Dun Ġorġ Preca: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 28:
Għall-ħabta tal-1897, meta kellu madwar 17-il sena, iltaqa' ma' wieħed mill-għalliema tiegħu tal-Liceo, Dun Ercole Mompalao, ħdejn il-Mall tal-Furjana. Dun Ercole għamillu din il-profezija: “Preca, int għad tikber u nies li jirrispetaw ‘l Alla jidħlu fil-familjarità miegħek u inti magħhom. Int għad issib xortik permezz tagħhom u huma għad isibu xortihom permezz tiegħek”.
 
Fit-8 ta' April 1905 miet Dun Alwiġ Galea li għal ħafna snin kien il-konfessur ta' Ġorġ. Preca kien jirrakonta li ftit wara mewtu Dun Alwiġ deherlu u qallu: “Lilek Alla għażlek biex tgħallimlu l-poplu tiegħu”.
 
Fl-istess żmien indiehes ma' grupp ta' żgħażagħ li kienu jiltaqgħu f'għalqa quddiem il-Knisja ta' San Gejtanu. Mill-ewwel beda jkellimhom fuq Alla. Fosthom kien hemm [[Ewġenju Borg|Ewġenju 'Ġeġè' Borġ]], ħaddiem tat-Tarzna. Dun Ġorġ tah attenzjoni speċjali u kien jieħdu għalih waħdu biex jgħallmu u jfissirlu l-ħajja ta' [[Ġesu Kristu]] skond l-[[Evanġelju]] ta' [[San Ġwann l-Evanġelist|San Ġwann]]. Ġeġè kellu jkun l-ewwel Superjur Ġenerali tas-Soċjetà ta' Dun Ġorġ.
 
Il-Kjeriku Ġorġ Preca kiteb abbozz ta' regola bil-Latin biex jibgħatha lill--[[Piju X|Papa San Piju X]] għall-approvazzjoni. Kellu l-ħsieb li fil-parroċċi kollha jkun hemm djar b'sebgha rġiel ordnati djakni, megħjunin minn awżiljari lajċi, li xogħolhom kellu jkun li jgħallmu lit-tfal u l-kbar.
Ftit qabel l-ordinazzjoni saċerdotali Dun Ġorġ kien kawżi ser imut b'marda li ħakmitu, probabilment it-tuberkolożi. It-tabib Nerik Meli qata' qalbu minnu, iżda għalkemm kellu pulmun minnhom niexef, Ġorġ rkupra "bl-interċessjoni ta' San Ġużepp".
 
== Saċerdot ==