Romeo u Ġuljetta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Robot: pt:Romeu e Julieta is a featured article
No edit summary
Linja 40:
== Oriġini ==
=== Oriġini klassiku ===
Id-dramm hu fuq kollox ta' spirazzjoni medjovali, però Carol Gesner u J.J. Munro urew li l-idea tal-istorja kienet diġa fil-letteratura antika Griega fil-''Babyloniaka'' ta' Jamblikos (Ἰάμβλιχος) u fl-''Ephesiaka'' (''Rakkonti Efesji dwar Abracóme u Anzia'') ta' Ksenofon (Ξενοφῶν;) ta' Efesu. Fit-tieni rumanz, Anzia, mara mifruda minn żewġha minħabba xorti ħażina waqgħet f'idejn qatta ħallelin u salvaha l-eroj Perilaos. Dan sar iħobbha u ried jiżżewwiġha u hekk ħalaq l-istess sitwazzjoni provokata minn Paride f'[[William Shakespeare|Shakespeare]]. KienetTant tantkienet iddisprata li xorbot taħlita li ħasbitha velenu, imma din ġabet fuqha, bħal fuq Ġuljetta stat letarġiku biss. Meta qamet riedet tibqa' fil-qabar u tmut bil-ġuħ imma ħaduha qatta ħallelin oħra.