17,863
modifiki
m (Modifiki annullati ta' 46.11.19.15 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' Leli Forte) |
|||
Francis Ebejer twieled u trabba [[Ħad-Dingli]]. Kien l-ikbar fost sebat aħwa. Kemm missieru kif ukoll ommu kienu għalliema. Studja fl-iskola primarja tal-Gvern u fil-Liċeo. Ebejer studja l-mediċina fl-[[Università ta' Malta]] bejn l-1942 u l-1943 imma telaq biex jaħdem bħala interpretu tal-Ingliż-Taljan mal-''8th Army'' tal-Forzi Brittaniċi fit-[[Tripolitanja]], l-Afrika ta' Fuq (1943–1944). Ħa sena kors tal-Letteratura fl-Università ta' Malta. Imbagħad mexa fuq il-passi ta' missieru u sar għalliem tal-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]] u wara sentejn taħriġ f'St Mary's Training College, f'[[Middlesex]], l-[[Ingilterra]] (1948–1950), hu nħatar kap tal-iskejjel primarji tal-Gvern fejn baqa' sal-1977.
Ebejer kien jikteb bl-Ingliż kif
Ebejer kien membru tal-[[P.E.N.]] (L-Għaqda Internazzjonali tal-Awturi), President onorarju tal-Moviment Letterarju Malti u membru tal-Kunsill tal-[[Akkademja tal-Malti]].
|