Ewġenju Borg: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 8:
 
=== Dixxiplu ta' Dun Ġorġ ===
Meta kellu xi dsatax-il sena iltaqa' għall-ewwel darba ma' [[Dun Ġorġ Preca|Ġorġ Preca]], li dik il-ħabta kien għadu qed jistudja għal qassis. Ewġenju kien qiegħed ma' sħabu ġo għalqa fejn kienu jiltaqgħu biex jilagħbu xi logħba futboll. Ġorġ waqaf jitkellem magħhom u talabhom sigarett. Il-Kjeriku Ġorġ poġġa bilqiegħda ħdejhom fuq ġebla u qagħad ikellimhom fuq it-tbatija ta' Ġesù Kristu. L-għada reġa' mar ikellimhom u għallimhom fuq Alla u baqa' jagħmel dan għal ħafna ġranet. Però, kif jgħid l-istess Ewġenju:
‘Darba kif konna hemm, dar fuqi u qalli: Nhar il-Ħadd, int u jien immorru passiġġata flimkien, ġib biċċa ħobż... u xi ħaġa x'tixrob. U hekk għamilt; niftakar kont ħadt miegħi il-Bibbja bl-Ingliż billi ma kienx għad hawn bil-Malti. Morna l-istazzjon... dħalna ġo għalqa, u bilqiegħda fuq blata taħt siġra kont naqra mill-Bibbja u Dun Ġorġ joqgħod ifissirli. U din mhux darba għamilnieha. Konna ndumu siegħa u nofs, sagħtejn, u ġieli anki aktar, u mbagħad konna mmorru lura d-dar, u jiena kont nerġa' mmur insib lil sħabi.
Inqas minn sentejn wara l-ewwel laqgħa ta' Ewġenju Borg ma' mal-Kjeriku Ġorġ Preca, Ġorġ sar qassis. ''Ġeġè'', kif kien iħobb isejjaħlu l-istess Dun Ġorġ, beża' li kien se jitlef lil dan il-ħabib kbir għax fil-fehma tiegħu, billi issa kien sar qassis, Dun Ġorġ ma kienx sejjer ipoġġi fuq ġebla qalb l-għelieqi.