Pawlu Cremona: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 47:
Nhar l-24 ta' Mejju 2009, Mons. Pawl Cremona kien il-ko-konsagrant ewlieni tal-Isqof Malti [[Joseph Spiteri]], li ntbagħat Nunzju Appostoliku fi [[Sri Lanka]].
 
== Ħidma bħala Arċisqof ==
==Parroċċi ġodda==
 
Huwa aġġorna l-proċedura tal-investigazzjoni ta' każijiet ta' abbużi sesswali biex ma jkunx hemm dewmien.
 
Stinka biex jonqos iż-żmien ta' stennija fit-Tribunal Ekkleżjastiku, kif fil-fatt ġara ħlief f'każijiet meta jkun hemm bżonn ta' parir ta' esperti minn barra mit-Tribunal.
 
Ta bidu għal konsultazzjoni wiesgħa fuq l-introduzzjoni tad-djakonat permanenti f'Malta, peress li s'issa hawnhekk id-djakni jdumu biss sena u mbagħad isiru saċerdoti.
 
Ta struzzjonijiet biex it-trabi kollha jitgħammdu flimkien f'quddiesa apposta minflok ma ssir magħmudija tat-trabi bil-bibien tal-knisja magħluqa jew wara l-altar.
 
Jieħu interess personali fil-formazzjoni tas-seminaristi, b'laqgħat regolari individwali ma' kull wieħed minnhom, u żjarat fis-seminarju. Dan minbarra li introduċa laqgħat bejn it-tmexxija tas-seminarju u l-fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta' Malta.
 
Introduċa wkoll il-laqgħa tal-Konferenza Episkopali regolarment kull xahar.
 
Wessa' l-involviment tal-lajċi fit-tmexxija tad-djoċesi bħala delegati tiegħu minħabba li, sakemm laħaq hu, id-Delegati tal-Arċisqof kienu jkunu kważi dejjem qassisin.
 
Kompla jimplimenta dak li qal is-Sinodu Djoċesan u introduċa strutturi ġodda għall-oqsma dfferenti tal-ħidma pastorali.
 
Fil-qasam tal-midja tal-Knisja, approva proġetti ta' ristrutturazzjoni u ħa d-deċiżjonijiet neċessarji biex l-entitajiet tal-midja jaġġornaw ruħhom għall-isfidi tal-era diġitali. Kien strumentali biex jitwaqqaf il-portal tal-aħbarijiet tal-Knisja bi struttura ġdida tal-kamra tal-aħbarijiet tal-RTK, u biex il-Media Centre tal-Knisja tiġi ristrutturata.
 
Għamel żjajjar pastorali fis-70 parroċċa ta’ Malta kollha kemm huma. Żjajjar bħal dawn kienu ilhom ma jsiru għexieren ta’ snin. Matulhom, minbarra li ltaqa’ ma’ ħafna nies li huma nvoluti fl-appostolat, mas-saċerdoti kollha wieħed wieħed, mal-komunitajiet reliġjużi kollha, u mal-membri tas-soċjetà ċivili, żar ukoll l-iskejjel primarji kollha u lil madwar 250 familja u morda, qaddes u ltaqa’ man-nies taż-żoni, u ltaqa’ individwalment ma ‘l fuq minn 300 persuna. Qed jippjana wkoll li, f’Jannar 2016, jerġa’ jibdieha, imma jżur elementi differenti minn dawk li żar s’issa.
 
Ippropona lill-parroċċi evanġelizzazzjoni permezz ta’ gruppi żgħar li jiltaqgħu qrib ta’ fejn igħixu ‘l familji.
 
Ikollu laqgħat u diskussjonijiet informali u regolari fi gruppi żgħar ma' żgħażagħ li tbegħdu mis-sagramenti u mill-Knisja.
 
Għamel ukoll numru ta’ omeliji li jwasslu messaġġ uman u soċjali, b’riflessjonijiet spiritwali li tkun qed twassal il-Knisja mad-dinja.
 
===Parroċċi ġodda===
 
Fi żmien l-episkopat ta' Mons. Pawl Cremona saru dawn il-parroċċi ġodda: