2015: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: == Anniversarji == === Ċentinarji === 1915: Is-sensiela ''Kotba tal-Mogħdija taż-Żmien'' ta' Alfons Maria Galea tasal fi tmiemha wara l-pubblikazzjoni ta' 150 volum. 1...
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 09:45, 31 Awwissu 2014

Anniversarji

Ċentinarji

1915:

Is-sensiela Kotba tal-Mogħdija taż-Żmien ta' Alfons Maria Galea tasal fi tmiemha wara l-pubblikazzjoni ta' 150 volum.

12 ta' Jannar: Il-Parlament Amerikan jirrifjuta l-vot għan-nisa. 13: Kważi 30,000 imutu f'terremot f'Avezzano, l-Italja 22: Dom Mawru Caruana isir Isqof ta' Malta. Fl-ewwel ittra pastorali tiegħu, l-Arċisqof Mauro Caruana juża, barra t-Taljan, anki l-Malti; dan il-ġest qajjem protesti kbar. 31: Il-Ġermanja tuża għall-ewwel darba l-gass velenuż fuq skala kbira, kontra r-Russi, fil-Polonja

8 ta' Frar: Joħroġ il-film kontroversjali The Birth of a Nation 20: Tiftaħ il-Panama–Pacific International Exposition 27: Sir Arthur Conan Doyle joħroġ l-aħħar ktieb ta' Sherlock Holmes, "The Valley of Fear"

Marzu - Ottubru: Il-Kastig tal-Ġurati fil-Palestina 19 ta' Marzu: Jittieħed l-ewwel ritratt ta' Pluto

11 ta' April: Joħroġ il-film ta' Charlie Chaplin The Tramp 24: Jibda l-Ġenoċidju Armen mit-Torok 25: Tibda l-kampanja ta' Gallipoli li damet sa Jannar 1916 26: It-Trattat ta' Londra. L-Italja tingħaqad mal-Ingilterra, Franza u r-Russja, u tħalli lill-Ġermanja u l-Awstro-Ungerija.

3 ta' Mejju: Is-suldat Kanadiż John McCrae jikteb il-poeżija "In Flanders Fields" 7: U-Boat Ġermaniża tgħerreq vapur Ingliż b'1,200 nies ċivili fuqu 24: L-Italja tiddikjara gwerra lill-Awstrija u tidħol fil-Gwerra l-Kbira.

5 ta' Ġunju: In-nies jirbħu d-dritt tal-vot fid-Danimarka u l-Iżlanda

24 ta' Lulju: 845 ruħ imutu meta għereq il-vapur Eastland f'Chicago 28: L-Istati Uniti tokkupa l-Haiti, okkupazzjoni li ddum 19-il sena.

15 t'Awwissu: Il-Ġappun jidħol fi gwerra kontra l-Ġermanja. 21: L-Italja tidħol fi gwerra kontra t-Turkija.

15 ta' Ottubru: L-Awstro-Ungerija u l-Bulgarija jinvadu s-Serbja.

3 ta' Ottubru: Imut il-Malti Napuljun Tagliaferro, matematiku, arkeologu u awtur ta' kotba dwar l-ilsien Malti. Ftit qabel kien ħareġ "L'Elemento Neo-Latino nel Lessico Maltese", studju lingwistiku biex jikkumbatti t-tendenzi puristiċi. 16: Franza tiddikjara gwerra kontra l-Bulgarija. Tlett ijiem wara l-Italja u r-Russja jagħmlu l-istess. 25: L-ewwel avukat Amerikana Indjana tipprattika fil-Qorti Suprema Joħroġ fil-Ġermanja r-rumanz ta' Franz Kafka, "Il-Metamorfożi" ("Die Verwandlung")

25 ta' Novembru: Albert Einstein jifformula t-Teorija tar-Relattività

12 ta' Diċembru: Il-President tar-Repubblika taċ-Ċina Yuan Shikai jiddikjara lilu nnifsu Imperatur 25: Forzi Ingliżi u Ġermaniżi joħorġu mit-trenches tagħhom, jieqfu mill-ġlied u jilagħbu futbol flimkien