Mafja: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 86:
 
Il-grupp ta' Giuliano sfaxxa wara l-arresti li saru mill-pulizija u l-istess Salvatore Giuliano inqatel fl-1950 mil-logutinent tiegħu Gaspare Pisciotta, fuq ordni tal-kapijiet mafjużi li ma kellhomx iżjed bżonnu u għax kien jaf wisq fuq x'kien hemm wara l-Istraġi ta' Portella della Ginestra u fuq ir-rabtiet bejn il-mafja u l-politika. Iżjed tard Pisciotta ġie arrestat u miet avvelenat fil-ħabs tal-Ucciardone fl-1954 għax ried jikxef min kienu l-mandanti tal-Istraġi ta' Portella della Ginestra.
 
== "Il Sacco di Palermo" ==
 
Il-perjodu ta' wara l-gwerra ra żied ta' bini f'daqqa f'Palermo. Il-bombi tal-Alleati matul il-gwerra kienu ħallew madwar 14,000 ruħ bla dar f'Palermo, u kien hemm domanda kbira għal djar ġodda iktar ma n-nies bdew jersqu lejn il-belt mill-kampanja. Ħafna mill-bini kien iffinanzjat minn flus pubbliċi. Fl-1956, żewġ uffiċjali pubbliċi b'rabtiet mal-Mafja, Vito Ciancimino u Salvatore Lima, ħadu f'idejhom l-Uffiċju għax-Xogħlijiet Pubbliċi ta' Palermo. Bejn l-1959 u l-1963, 80% tal-permessi tal-bini ngħataw lill-istess ħamsa min-nies, mafjużi, li ħadd minnhom ma kellu xi kumpanija tal-bini magħrufa. Kumpaniji tal-bini li ma kinux mafjużi kellhom jibdew iħallsu l-''pizzo'' (''protection money''). Qabel ma tlesta l-ippjanar tal-belt, ħafna nbena illegalment. Il-mafjużi kienu jbeżżgħu lil min jipprova joħodha kontra l-bini illegali. Dan wassal biex twaqqa' ħafna bini storiku u telgħu ħafna appartamenti li ma kinux ta' livell tajjeb. Fl-1982, Falcone kien qal, "L-organizzazzjonijiet mafjużi jikkontrollaw b'mod sħiħ il-qasam tal-bini f'Palermo – il-barrieri, l-impjanti tas-siment, id-depożiti tal-metall, il-kummerċjanti tal-kmamar tal-banju u l-bqija."
 
== L-Ewwel Gwerra tal-Mafja ==
 
L-Ewwel Gwerra tal-Mafja kienet l-ewwel konflitt kbir bejn il-gruppi mafjużi wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Fl-1962, il-boss mafjuż Cesare Manzella organizza spedizzjoni ta' droga lejn l-Amerika bl-għajnuna tal-familji mafjużi Greco u La Barbera. Manzella qabbad boss ieħor, Calcedonio Di Pisa, biex iwassal l-eroina. Meta l-ispedizzjoni waslet l-Amerka, ix-xerrejja Amerikani bdew jgħidu li kien hemm xi eroina nieqsa, u lil Di Pisa ħallsuh inqas. Di Pisa akkuża lill-Amerikani li serquh, filwaqt li l-familja La Barbera akkużat lil Di Pisa li kien hu li seraq id-droga li kien hemm nieqsa. Il-''Commissione'' żammet ma' Di Pisa, u dan inkorla lil La Barbera. La Barbera qatlu lil Di Pisa u Manzella, u hekk skatenaw gwerra.
 
Ħafna persuni li ma kinux mafjużi nqatlu f'din il-gwerra. F'April 1963, ħafna nies ġew feruti fi sparatura li kien hemm Palermo. F'Mejju, Angelo La Barbera irnexxielu jiskappa attentat ta' qtil f'Milan. F'Ġunju, sitt uffiċjli militari u pulizija inqatlu f'Ciaculli inqatlu meta ppruvaw jiddiżżineskaw bomba li kienet indirizzata għall-mafjuż Salvatore Greco. Dawn it-traġedji ġabu rabja mal-pajjiż u wasslu biex ikun elfejn arrest ta' mafjużi. L-attività mafjuża naqset qatigħ għax il-gruppi mafjużi sparpaljaw u ħafna mafjużi marru jinħbew. Il-''Commissione'' xoljiet u damet sal-1969 biex reġgħet issawret. 117 -il suspettat tressqu l-qorti fl-1968, imma ħafna minnhom inħelsu jew ingħataw sentenzi ħfief.
 
Fl-1973 [[Leonardo Vitale]], mafjuż ta' Altarello di Baida, ta ruħu spontjament f'idejn il-kwestura ta' Palermo u stqarr li wara li kellu kriżi reliġjuża hu ried jibda ħajja ġdida; akkuża lilu nnifsu b'ħafna reati, irrivela għall-ewwel darba l-eżistenza ta' "Commissione" u ddeskriva r-rit ta' inizjazzjoni ta' Cosa Nostra u l-organizzazzjoni ta' grupp mafjuż: l-ewwel każ ta' mafjuż li ddeċieda minn jeddu li jgħin lill-awtoritajiet. Iżda lil Vitale ma emmnuhx u tefgħuh f'manikomju kriminali għax iddikjarawh "seminfermo di mente"; iżda meta fl-1984 ħareġ mill-manikomju nqatel mill-mafja b'żewġ tiri hu u ħiereġ mill-knisja flimkien ma' ommu.
 
== Traffiċi kbar ==
 
Fis-sebgħinijiet it-traffiċi illegali, speċjalment il-kuntrabandu tas-sigaretti, ħalla ħafna qligħ għall-mafja. Il-boss Sqallin u Naplitani mexxew monopolju ta' bejgħ ta' sigaretti f'Napli. U meta r-raffineriji tal-eroina f' Marseilles li kellhom il-kriminali ta' Korsika ingħalqu mill-awtoritajiet Franċiżi, it-traffikanti bdew iħarsu lejn Sqallija. Mill-1975, Cosa Nostra fetħet raffineriji tal-eroina mxerrdin ma' Sqallija. Barra dan bdiet tikkontrolla ukoll it-tqassim tagħha. Il-mafjużi Sqallin marru personalment l-Istati Uniti biex jikkontrollaw it-tqassim tagħha hemm. Id-dipendenza fuq l-eroina fl-Ewropa u fl-Amerika żdiedet u l-qabdiet ta' droga mill-pulizija żdiedu ukoll. Fl-1982, il-mafja ta' Sqallija kienet tikkontrolla 80% tat-traffikar tal-eroina fil-Grigal tal-Istati Uniti. L-eroina kienet titqassam lid-''dealers'' minn pizzeriji b'sidien mafjużi, u d-dħul jidher bħala qligħ tar-ristoranti (l-hekk imsejħa ''Pizza Connection'').
 
== It-Tieni Gwerra tal-Mafja ==
 
Fil-bidu tas-sebgħinijiet, Luciano Leggio, boss ta' Corleone u membru tal-"Commissione", ġabar gruppi ta' mafjużi msejħin ''Corleonesi''. Dawn bdew jaraw kif jieħdu taħt idejhom Cosa Nostra u t-traffikar tad-droga. Billi Leggio ntefa' l-ħabs fl-1974, hu kien jaġixxi permezz tal-viċi tiegħu, [[Salvatore Riina]], li iktar tard beda jmexxi hu. Il-Corleonesi żiedu l-membri tagħhom b'kull mod. Fl-1977, il-Corleonesi irnexxielhom ikeċċu lil Gaetano Badalamenti mill-Commissione għax akkużawh li kien qed jaħbi d-dħul mit-traffikar tad-droga. F'April 1981, il-Corleonesi qatlu membru rivali ieħor tal-Commissione, Stefano Bontade, u hekk skatenat it-Tieni Gwerra tal-Mafja. Mijiet ta' mafjużi u qraba tagħhom inqatlu, xi drabi minn tradituri mill-istess grupp. Hekk il-Corleonesi bdew jiddominaw il-Commissione u Riina sar "il boss dei boss" tal-mafja ta' Sqallija.
 
Fl-istess żmien huma għamlu kampanji ta' qtil ta' ġurnalisti, uffiċjali, u pulizija li b'xi mod sfidawhom. Il-Ġeneral [[Carlo Alberto Dalla Chiesa]] inħatar Prefett ta' Palermo fl-1982 iżda wara biss tliet xhur inqatel mill-mafja meta kien fil-karozza tiegħu flimkien ma' martu. Huwa ma kienx ingħata il-poteri speċjali u l-mezzi li kien imwiegħed mill-politiċi li kellu jingħata. Il-pulizija kienet frustrata bin-nuqqas ta' għajnuna min-naħa tal-politiċi. Fil-funeral ta' Beppe Montana, pulizija maqtul mill-mafjużi fl-1985, il-pulizija insultaw u beżqu żewġ politiċi preżenti, u qamet ġlieda bejnhom u l-pulizija militari.
 
== Il-Maxiprocesso u l-Qtil tal-Maġistrati ==
 
Fil-bidu tas-snin tmenin, il-maġistrati [[Giovanni Falcone]] u [[Paolo Borsellino]] bdew kampanja kontra Cosa Nostra. Importanti kien l-arrest ta' [[Tommaso Buscetta]], mafjuż li ddeċieda li jitkellem u jikxef is-sistema mafjuża wara li l-Corleonesi, qatlulu lil ħbiebu u lil qrabatu. Mafjużi oħra għamlu bħalu. Falcone u Borsellino ġabru x-xhieda tagħhom u organizzaw il-''Maxiprocesso'', li dam għaddej sentejn, mill-1986 sal-1987, f'qorti taħt l-art mibnija għall-okkażjoni. Tressqu 474 mafjuż li 342 minnhom instabu ħatja.
 
Il-Mafja pattietha qares. Fl-1988, qatlu maġistrat Palermitan Antonino Saetta u lil ibnu; tliet snin wara prosekutur u [[Libero Grassi]], negozjant anti-mafia ukoll inqatlu. Salvatore Lima, alleat politiku tal-mafja, inqatel għax ma rnexxilux ibiddel is-sentenzi li kienu ngħataw il-mafjużi kif kien wiegħed li se jagħmel. Falcone u Borsellino inqatlu bil-bombi fl-1992. Dan wassal għall-arrest ta' Salvatore Riina f'Jannar 1993. Ħafna saru pentiti u kellhom iħallsu prezz għoli għax tkellem, bħal Francesco Marino Mannoia li qatlulu lil ommu, lil oħtu u lil zitu.
 
Wara l-arrest ta' Riina, il-mafja bdiet kampanja ta' terroriżmu fl-Italja. Postijiet turistiċi bħal Via dei Georgofili f'Firenze, Via Palestro f'Milan, u Piazza San Giovanni in Laterano u Via San Teodoro f'Ruma kienu attakkati, b'għaxar persuni mejta u 93 ruħ feruti, u wirt kulturali bħall-Uffizi ġarrbu ħsarat kbar. Meta [[Papa Ġwanni Pawlu II]] ikkundanna l-mafja, tqiegħdu bombi ma' żewġ knejjes f'Ruma u nqatel qassis anti-Mafja [[Don Pino Puglisi]].
 
Għal xi żmien Leoluca Bagarella mexxa flok Riina, iżda mbagħad ħa l-kontroll [[Bernardo Provenzano]] li nqabad u ntefa' l-ħabs fl-2006, wara 43 sena maħrub. Provenzano waqqaf il-vjolenza u daħħal il-''pax mafiosa''. Messina Denaro.
 
==Ħoloq esterni==