Robin Williams: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
'''Robin Williams''' (Illinois, Stati Uniti tal-Amerika, 21 ta' Lulju, 1951 – California, 11 ta' Awwissu, 2014) kien attur, ''stand-up comedian'', produttur tal-films, u xeneġġjatur Amerikan.
 
Huwa kiseb l-ewwel suċċess bil-karattru aljen Mork fis-serje televiżiva Mork & Mindy (1978–1982), il-bidu ta' karriera ta' suċċess bħala stand-up comedycomedian u attur tal-films. Il-karriera tiegħu ta' films tinkludi fost l-oħrajn: ''Popeye'' (1980) li nħadem [[Malta]] u kien il-film li tah l-ispinta fil-karriera ċinematografika tiegħu, ''The World According to Garp'' (1982), ''Good Morning, Vietnam'' (1987), ''Dead Poets Society'' (1989), ''Awakenings'' (1990), ''The Fisher King'' (1991), ''Hook'' (1991), ''Aladdin'' (1992), ''Mrs. Doubtfire'' (1993), ''Jumanji'' (1995), ''The Birdcage'' (1996), ''Good Will Hunting'' (1997), ''Flubber'' (1997), ''Patch Adams'' (1998), ''Bicentennial Man'' (1999), ''Jakob the Liar'' (1999), ''Night at the Museum'' (2006), ''Insomnia'' (2002) u ''Happy Feet'' (2006). Deher ukoll fil-video "Don't Worry, Be Happy" ta' Bobby McFerrin.
 
Kien nominat għall-Oscars bħala l-aqwa attur tliet darbiet, u rebaħ l-Oscar għal Best Supporting Actor fil-film Good Will Hunting. Rebaħ ukoll żewġ Emmy Awards, erba' Golden Globe Awards, żewġ Screen Actors Guild Awards u ħames Grammy Awards.