Oskar Schindler: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: Oskar Schindler (28 t'April 1908 – 9 ta' Ottubru 1974) kien industrijalist Ġermaniż, spjun, u membru tal-partit Nażista, li salva 1,200 Lhudi matul l-Olokawst billi daħħ...
 
No edit summary
Linja 1:
{{wikifikazzjoni}}
'''Oskar Schindler''' (28 t'April 1908 – 9 ta' Ottubru 1974) kien industrijalist Ġermaniż, spjun, u membru tal-partit Nażista, li salva 1,200 Lhudi matul [[l-Olokawst]] billi daħħalhom jaħdmu fil-fabbriki tiegħu tal-borom u tal-armi, li kellu f'dik li llum hija l-Polonja u r-Repubblika Ċeka rispettivament. Huwa s-suġġett tar-rumanz tal-1982 bl-isem ''Schindler's Ark'', u l-film tal-1993 ''Schindler's List'', li jirrifletti ħajtu bħala opportunist li fil-bidu kien jinteressah biss il-profit iżda li mbagħad wera inizjattiva straordinarja, tenaċità, u dedikazzjoni biex isalva l-ħajja tal-ħaddiema tiegħu.
 
Schindler kiber fi Zwittau, il-Moravja, u fl-1939 ingħaqad mal-Abwehr, is-servizz ta' intelliġenza tal-Ġermanja Nażista. Sar membru tal-Partit Nażista fl-istess sena. Qabel mal-Ġermanja okkupat iċ-Ċekoslovakkja fl-1938, kien jiġbor tagħrif fuq il-movimenti tal-ferroviji u tat-truppi. Il-gvern Ċek arrestah fuq spjunaġġ iżda nħeles minħabba l-Ftehim ta' Munich Agreement tal-1938. Schindler baqa' jiġbor tagħrif għan-Nażi fil-Polonja fl-1939 qabel din invadewha l-Ġermaniżi fil-bidu tat-II Gwerra Dinjija.
Line 8 ⟶ 9:
 
Schindler reġa' mar il-Ġermanja wara l-Gwerra, fejn seta' jgħix bl-għajnuna ta' aġenziji Lhud. Ipprova jerġa' jidħol fid-dinja tan-negozju iżda bla suċċess. Kienu jżommuh għaddej ix-''Schindlerjuden'' ("il-Lhud ta' Schindler") – in-nies li kien salva hu matul il-Gwerra. Issejjaħ Ġust fost il-Ġnus mill-Gvern Israeljan fl-1963 u miet fid-9 ta' Ottubru 1974.
 
{{DEFAULTSORT:Schindler, Oskar}}
[[Kategorija:Twieldu fl-1908]]
[[Kategorija:Mietu fl-1974]]
[[Kategorija:Imprendituri Ġermaniżi]]
[[Kategorija:Personalitajiet Ġermaniżi tat-Tieni Gwerra Dinjija]]