Matematika: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Robot: zh:数学 is a good article
No edit summary
Linja 43:
* [[Analisi armonika|Analisi Armonika]] l-istudju tas-[[Serje ta' Fourier|serji ta' Fourier]] u l-astrazzjonijiet tagħhom..
* [[Ġometrija Differenzjali u Topoloġija]], l-applicazzjoni tal-kalkulu għal spazji matematiċi astratti li għandhom struttura interna komplikata.
* [[Analisi Numerika]], l-istudju ta’ l-algoritmi wżatiużati għall-approssimazzjoni ta’ problemi tal-matematika kontinwa.
 
Il-kelma '''Analisi Klassika''' s-soltu tfisser analisi mingħajr l-użu tal-metodi tal-analisi funzjonali. L-istudju tal-[[Ekwazzjoni differenzjali|ekwazzjonijiet differenzjali]] issa huwa mferrex ma friegħi oħra bħas-[[sistemi dinamiċi]], imma ġħadu mportanti ħafna fl-analisi konvenzjonali.
Linja 225:
[[Stampa:Image-Al-Kitāb al-muḫtaṣar fī ḥisāb al-ğabr wa-l-muqābala.jpg|thumb|right|200px|L-ewwel paġna tal-ktieb ta' al-Khwariżmi ]]
 
Il-kelma "''alġebra''" ġejja mill-Għarbi "''al-ġabr''" fit-titlu tal-ktieb "''al-Kitab al-muhtasar fi ħisab al-ġabr wa-l-muqabala''", li jfisser ''Il-ktieb fil-qosor fi ħsib il-ġbir u tqassim''. Dan kitbu il-matematiku Persjan [[Muħammad ibn Musa al-Khwariżmi]] (Għarbi: محمد بن موسى الخوارزميّ المجوسيّ القطربّليّ) fit-820. Il-matematiku Grieg [[Diofantu]] (Grieg: Διόφαντος ὁ Ἀλεξανδρεύς t. bejn [[200]] u [[214]], m. bejn [[284]] u [[298]] AD) hu tradizzjonalment magħruf bħala “missier l-alġebra” imma hemm argument jekk Al-Khwariżmi għandux joħodlu dan it-titlu. Dawk li jżommu ma Al-Khwariżmi jsossnu li ħafna mix-xogħol tiegħu fuq “il-ġbir” jew riduzzjoni għadu wżatużat sa llum u li hu ta spjegazzjoni kompleta fuq is-soluzzjoni ta’ l-ekwazzjonijiet kwadratiċi. Dawk li jżommu ma [[Diofantu]] jgħidu li l-alġebra li nsibu f’''Al-Ġabr'' hi iżjed elementari mill-alġebra fl- ''Aritmetika'' ta’ Diofantu u li l-''Aritmetika'' hi miktuba fi stil sinkopat waqt li ''Al-Ġabr'' hi kollha fi stil retoriku. Matematiku Persjan ieħor, [[Omar Khajjam]] (Persjan: غیاث الدین ابو الفتح عمر بن ابراهیم خیام نیشابوری t. 18 ta’ Mejju, 1048, m. 4 ta’ Diċembru, 1131), żviluppa l-[[ġometrija alġebrija]] u sab soluzzjoni ġenerali ġometrika ta’ l-[[ekwazzjonijiet kubiċi]]. Il-matematiċi Indjani [[Maħavira]] u [[Baskara II]], u l-matematiku Ċiniż [[Żu Xiġje]], irriżolvew xi każi ta’ ekwazzjonijiet kubiċi, [[kwartiċi]], [[kwintiċi]] u [[polinomjali]] ta’ ordni ogħla.
 
F’nofs is-seklu 16 kien hemm żvilupp importanti ieħor ta' l-alġebra. Dan kien is-soluzzjoni alġebrija ġenerali tal-ekwazzjonijiet kubiċi u kwartiċi. L-ideja ta’ [[determinant]] żviluppha l-matematiku Ġappuniż [[Kowa Seki]] fis-seklu 17, u għaxar snin wara [[Gottfried Leibniz]] uża d-determinanti biex jirriżolvi sistemi ta’ ekwazzjonijiet linjari simultanji premezz tal-[[matriċi]]. Fis-seklu 18, [[Gabriel Cramer]] ukoll ħadem fuq il-matriċi u d-determinanti. L-iżvilupp ta’ l-[[Alġebra astratta]] sar fis-seklu 19. Fil-bidu dan ix-xogħol ikkonċentra fuq li daż-żmien insejħulha it-[[teorija ta’ Galois]] u fuq kwistjonijiet tal-[[kostruttibbiltà]].