Egon Schiele: Differenza bejn il-verżjonijiet
Content deleted Content added
Linja 19:
Fl-1911, Schiele ltaqa’ ma’ tfajla ta’ sbatax-il sena, Valerie (Wally) Neuzil. Din marret toqgħod miegħu Vjenna u qagħditlu mudella għall-pitturi l-iżjed impressjonanti. Ma tantx nafu fuqha ħlief li qabel kienet timmudella għal Gustav Klimt u setgħet kienet waħda minn namrati tiegħu. Schiele u Wally riedu jaħarbu minn dak li kienu jqisuh l-ambjent magħluq ta’ Vjenna u marru joqogħdu fil-belt żgħira ta’ Český Krumlov (Krumau) fil-Boemja t’isfel (fejn illum hemm mużew dedikat lil Schiele). Minkejja li Schiele kien jaf xi nies, għax ommu kienet twieldet hemm, il-mod kif kienu jgħixu qajjem ħafna għagħa fost ir-reżidenti u dawn ġegħluhom iħallu l-belt.
Schiele fittex studju rħis u ambjent li jispirah u dawn sabhom Neulengbach, 35-il km lejn il-punent ta’ Vjenna u mar joqgħod hemm ma’ Wally. Il-mod kif kienu jgħixu Schiele u Wally qajjem ħafna storbju fil-belt u f’April tal-1912 arrestawh għall-korruzzjoni ta’ minorenni. Meta l-pulizija ġew l-istudju biex jarrestawh, ikkonfiskaw iżjed minn mitt disinn li kkonsidraw pornografiċi u tefgħuh il-ħabs sakemm tela’ l-qorti. Meta deher quddiem l-imħallef l-akkużi ta’ seduzzjoni u rapiment waqqagħhom imma sabu ħati li wera disinji erotiċi fejn jistgħu
Fl-1914 Schiele ltaqa' ma' Edith Harms li kienet toqgħod fl-istess triq faċċata tal-istudju u li kienet it-tifla ta’ mastru-ċavettier. Is-sena ta’ wara telaq '
=== Il-Gwerra ===
|