Tereża ta' Lisieux: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 20:
avjaturi; bejjiegħa tal-fjuri; orfni; missjunarji.
}}
'''Santa Tereża ta’ Lisieux''' (2 ta' Jannar 1873 – 30 ta' Settembru 1897), jew kif inhi magħrufa '''Santa Tereżina''' (biex niddistingwuha minn Santa [[Tereża ta’ Avila]]), jew '''Santa Tereża tal-Bambin Ġesù u tal-Wiċċ Imqaddes''', kienet soru [[Karmelitani|Karmelitana]] Franċiża, imwielda '''Marie-Françoise-Thérèse Martin''', imsejħa ''Il-Fjura Żgħira ta’ Ġesù'', saret waħda mill-qaddisin l-iktar maħbubin fost l-Insara.
 
== Tfulija ==
[[File:TdL-1881.JPG|thumb|left|68px|Tereża ta' 8 snin.]]
 
Bint Louis Martin, arluġġar, u Zelie Guerin, Tereża twieldet f’Alenconf’[[Alencon]], [[Franza]], u minn età żgħira kienet tifla qaddisa. Kienet l-iżgħar fost disa’ aħwa, erbgħa minnhom mietu żgħar, il-ħamsa l-oħra li kienu bniet, waħda wara l-oħra, daħlu sorijiet, tlieta minnhom, fosthom Tereża, mal-Karmelitani.
 
Ommha Zelie mietet meta t-tifla kellha 4 snin, u qabel mietet kienet qalet lil żewġha li kien ikun aħjar li jafda lil uliedhom f’idejn il-mara ta’ ħuha, li kienet taqgħod [[Lisieux]]. U missier Therese, Louis, malli sab ruħu bil-piż tal-familja fuq spallejh, trasferixxa l-familja fil-belt ta’ Lisieux, qrib il-familja Guerin, fejn Therese għexet il-bqija ta’ ħajjitha. Meta wasal iż-żmien li Tħerese tibda tmur l-iskola, missierha ħaseb biex jiktibha fil-Kulleġġ immexxi mis-[[Sorijiet Benedittini]], fejn diġà kienu jmorru ħutha l-bniet Leone u Celine. Therese ħaditha hekk bi kbira t-telfa ta’ oħtha Pauline li daħlet soru mat-Tereżjani, illi lejn l-aħħar tas-sena 1882, meta kienet se tagħlaq 10 snin, waqgħet f’marda li ħallietha bla saħħa, tant li ħasbuha se tmut.
 
== Soru ==
 
Ta’ 15-il sena daħlet il-kunvent Karmelitan ta’ Lisieux. Fl-1893 intgħażlet tieħu ħsieb in-novizzi tal-kunvent, fejn baqgħet għall-bqija ta’ ħajjitha.
Tereża għażlet li tgħix it-“triq iż-żgħira”, programm ta’ ħajja u ta’ mħabba lejn Alla sempliċi u fl-istess ħin profond. Fittxet il-qdusija fl-azzjonijiet żgħar u fil-ħidmiet umli. It-tjubija tagħha kienet hekk kbira li s-superjuri tagħha ordnawlha tikteb il-ħajja tagħha ([[awtobijografija]]). ''[[Storja ta’ Ruħ]]'' (1898) sar wieħed mill-iktar bijografiji spiritwali li jinqraw.
 
== Mard u mewt ==
Linja 40:
== Wara mewtha ==
 
Il-bosta mirakli li jingħad li saru bl-interċessjoni tagħha wettqu l-wegħda tagħha li, “Wara mewti, inħalli taqa’ xita ta’ ward.” Meta kienet żgħira Tereża xtaqet tmut martri bħal [[Ġovanna t'Arc]]. Din ta’ l-aħħar ġiet iddikjarata qaddisa fl-1920, f’ċerimonja modesta fil-Vatikan. Meta Tereża ġiet dikjarata qaddisa ħames snin wara (1925), il-[[Bażilika ta’ San Pietru]] iddawlet bil-fjakkoli, ċerimonja antika li tqajmet mill-ġdid għaliha b’miljun ruħ jimlew il-qċaċet ta’ [[Ruma]] biex jaraw il-Koppla l-Kbira mdawla għal Santa Tereżina.
 
== Patruna u Duttur tal-Knisja ==
[[File:therese.jpg|250px|thumbnail|right|Santa Tereża ta' Lisieux]]
Santa Tereża hija l-qaddisa patruna tal-missjunarji u l-avjaturi, u —flimkien ma’ Santa Ġovanna t’Arc — hija l-qaddisa patruna ta’ Franza. Fl-1997 il-[[Papa Ġwanni Pawlu II]] iddikjaraha [[Duttur tal-Knisja]]. Il-Papa ħabbar dan quddiem miljun żagħżugħ miġburin f’[[Pariġi]] għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Awissu 1997 fejn qal: “Xtaqt li nħabbar solennement dan l-avveniment hawnhekk għax il-messaġġ ta’ Santa Tereża, mara żagħżugħa qaddisa hekk attwali għal żmienna, hija ta’ interess partikulari għalikom, iż-żgħażagħ."
 
{{DEFAULTSORT:Tereża ta' Lisieux}}
[[Kategorija:Twieldu fl-1873]]