Papa Piju XII: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Robot: en:Pope Pius XII is a featured article; kosmetiċi bidliet
No edit summary
Linja 1:
'''Papa Piju XII''', imwieled '''Eugenio Maria Giuseppe Pacelli''' ([[Ruma]], 2 ta' Marzu 1876 – [[Castel Gandolfo]], 9 ta' Ottubru 1958) kien il-260 [[Papa]] tal-[[Knisja Kattolika]].
 
== Tfulija ==
 
Eugenio kien it-tielet wild ta' Filippo Pacelli (1837-1916), avukat tas-Sacra Rota u Virginia Graziosi (1844-1920). Flimkien ma' ħuh Francesco u ż-żewġ ħutu bniet, Giuseppina u Elisabetta, Eugenio trabba fiċ-ċentru ta' [[Ruma]]. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fi skola privata Kattolika, fil-liċeo tal-Istat "Ennio Quirino Visconti" (li kien iddominat minn sentiment anti-Kattoliku), fil-[[Collegio Capranica]], u mill-1894 sal-1899 studja t-teoloġija fl-[[Università Gregoriana]] minn fejn ġab id-dottorat fl-1901, meta diġà kien ilu sentejn saċerdot (mill-1899). Fl-1902 ggradwa fil-Liġi għalkemm qatt ma pprattika. Sa minn età ċkejkna Eugenio ħass li kellu l-"vokazzjoni" saċerdotali: fil-ħin ħieles tiegħu kien joqgħod taparsi jqaddes. Sa minn meta kellu 8 snin, Don Giuseppe Lais, [[Xjenza|xjenzat]] u [[Astronomija|astronomu]], kellu influwenza kbira fuqu, u għal ħafna snin kellu jkun il-preċettur tiegħu.
 
== Saċerdot ==
Linja 18:
=== It-Tieni Gwerra Dinjija u l-Kwistjoni tal-Lhud ===
 
Ġimgħatejn wara l-inkoronazzjoni ta’ Piju XII, [[Hitler]] invada ċ-[[Ċekoslovakkja]] - pass ’il bogħod minn gwerra dinija. Piju XII għamel minn kollox biex ibiegħed il-gwerra. Jibqa' magħruf id-diskors tiegħu fuq ir-radju tal-24 ta' Awwissu 1939 li fih qal il-frażi li baqgħet simbolu tal-Pontifikat tiegħu: "Xejn ma jintilef bil-paċi; kollox jista' jintilef bil-gwerra". Iżda ġimgħa wara, nhar l-1 ta' Settembru, il-Ġermanja invadiet il-[[Polonja]] u jumejn wara, [[Franza]], u l-[[Ingilterra]] wieġbu għall-attakk:; hekk bdiet it-[[Tieni Gwerra Dinjija]]. Papa Pacelli organizza għajnuna lill-popolazzjonijiet milquta u ħoloq l-uffiċċju informazzjoni fuq il-priġunieri u dawk dispersi. Huwa saħansitra issogra ħajtu meta għamilha ta’ intermedjarju bejn l-[[Alleati]] u l-moviment ta’ reżistenza fil-Ġermanja, li fl-1940 kien qed jippjana li jqum kontra Hitler.
 
Meta l-Italja ddikjarat li hi wkoll ser tidħol fil-gwerra, il-Vatikan ġie f’pożizzjoni kritika. Il-Papa għamel ħiltu sabiex iżomm id-dehra ta’ imparzjalità u b’hekk jevita li l-Vatikan jiġi attakkat bħala stat kompliċi mal-Alleati. Għalkemm Piju kellu stmerrija lejn il-[[Komuniżmu]], hu ma wera l-ebda sens ta’ qbil man-Nażi li pinġew l-attakk fuq ir-Russja bħala gwerra qaddisa antikomunista. Madankollu, Piju XII kellu mħabba speċjali lejn il-poplu Ġermaniż u l-kultura tiegħu, u għalhekk hu ħadem sabiex iġib il-paċi li b’xi mod tirrispetta l-interessi leġittimi tiegħu. U meta l-gwerra daret favur l-Alleati, il-Papa beża’ mill-fatt li l-komunisti kienu ser jirbħu, għalhekk hu ħadem sabiex jintlaħaq ftehim li ma jagħtix rebħa totali la lill-Unjoni Sovjetika u lanqas lill-Ġermanja.
 
==== Il-Kwistjoni ta' Piju XII u l-Lhud ====
 
F'ħajtu u għal xi snin wara mewtu Piju XII kien imfaħħar għal dak kollu li għamel b'riżq il-Lhud. Iżda fl-1963, wara d-dramm teatrali "Il-Vigarju", bdiet polemika fuq Piju XII, akkużat li ma ħadimx biżżejjed biex jiddefendi l-Lhud, sa ġie definit "Il-Papa ta' Hitler". Iżda l-istudjuż Lhudi Pinchas Lapide, li kien ukoll il-konslu ta’ Israel fl-Italja, jgħid li bejn 70% u 90% tad-950,000 [[Lhud]] Ewropew li ħarġu ħajjin mill-[[Olokawst]], jafu dan lil inizjattivi Kattoliċi, inkoraġġiti u sostnuti mill-istess Piju XII.
 
Iżda għaliex Piju XII ma kkundannax pubblikament l-atrocitajiet tan-Nażi fl-[[Olokawst]]? Beża’ wisq li ma jibqax newtrali? M’hemmx dubju li l-Papa kien infurmat biżżejjed dwar x’kien qed jiġri. Madankollu hu żamm is-silenzju. Żgur li għal dan kien hemm xi raġuni. Dawn huma xi raġunijiet possibli:
* biża’ ta’ miżuri aktar iebsa min-naħa tan-Nażi jekk hu jipprotesta; kif ġara fl-[[Olanda]] meta l-isqfijiet tkellmu kontra d-deportazzjoni tal-Lhud;
* biex tinżamm in-newtralità uffiċjali tal-Vatikan;
Linja 33:
* it-tama li l-Knisja tista’ ssalva iktar Lhud minn wara dahar Hitler milli meta tikkundanna l-Olokawst pubblikament. Fil-fatt f’Ruma biss, ’il fuq minn ħamest elef Lhudi ġew miżmuma f’kunventi u monasteri tal-Vatikan. Pinchas Lapide, jgħid li l-Papa salva madwar 400,000 Lhudi minn mewt żgura.
 
Madankollu ħafna jibqgħu jsostnu li dawn ir-raġunijiet ma humiex biżżejjed biex jiġġustifikaw is-silenzju ta’ Piju XII quddiem l-Olokawst - bħala vigarju ta’ Kristu hu kien fi dmir li jleħħen l-għajta dgħajfa tal-Lhud u tal-kuxjenza umana tad-dinja kollha. Għalhekk id-dibattitu dwar Piju XII li ma tkellimx kontra n-Nażiżmu u l-[[antisemitiżmu]] matul it-Tieni Gwerra Dinija għadu sejjer. L-istoriku [[Ġiżwiti|Ġiżwita]] [[Robert Graham]] jistqarr li “Fiż-żewġ gwerer, uffiċjali minn diversi pajjiżi riedu li l-Papa jitfa’ il-piż ta’ l-awtorità reliġjuża tiegħu wara l-kawża tagħhom - billi, ngħidu aħna, jikkundanna espressament ċerti atrotiċitajiet ta’ l-għadu u wkoll billi jiddikjara li l-gwerra tagħhom hi waħda ġusta u jiskomunika l-mexxejja ta’ l-għadu. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ġudizzju morali dirett (min-naħa tal-Papa) kien ikun qed jaqdi biss fini politiku ta’ propoganda u wkoll ikun qed jikkomprometti l-influenza reliġjuża għall-paċi min-naħa tas-Santa Sede.” Darba Piju XII stqarr ma’ Montini, li iktar ’il quddiem kellu jkun [[Papa Pawlu VI|Pawlu VI]], għalfejn hu żamm is-silenzju:
 
“Aħna fid-dmir li nlissnu kliem tan-nar quddiem affarijiet bħal dawn u l-unika ħaġa li żżommna milli nagħmlu dan hu l-fatt li jekk nitkellmu, inkunu qedgħin ngħarrqu aktar il-kundizzjoni ta’ dawn l-imsejkna.”
Linja 47:
Nhar l-4 ta' Ġunju 1944, wara l-liberazzjoni, irċieva fil-Vatikan lis-suldati alleati. Il-Ħadd ta' wara folol kbar ta' Rumani imlew [[Pjazza San Pietru]] biex isellmu mill-qalb lill-Papa, li kien l-unika awtorità li baqgħet fil-kapitali wara t-8 ta' Settembru.
 
F’Marzu 1998, il-Kummisjoni għar-Relazzjonijiet Reliġjużi mal-Lhud ippubblikat id-dokument bl-isem ta’ ''Aħna Niftakru: Riflessjoni fuq ix-[[Shoah]]''. Il-Vatikan sejjaħ dan id-dokument dwar l-Olokawst bħala att ta’ ndiema, aktar minn apoloġija. Fost l-oħrajn, f’dan id-dokument insibu li żewġ papiet, Piju XI u Piju XII, ikkundannaw ir-razziżmu u l-anti-semitiżmu. Ix-Shoah kien il-frott ta’ reġim modern u pagan, b’għeruq antisemitiċi u li ppersegwita wkoll il-Knisja Kattolika. Id-dokument jgħid li l-Knisja Kattolika stess jisgħobbiha għall-iżbalji li għamlet u tenna l-kundanna għal kull forma ta’ razziżmu u antisemitiżmu. Id-dokument isejjaħ din id-dikjarazzjoni bħala ''Teshuva'', att ta’ ndiema għax il-Kattoliċi illum wirtu l-ilġiem tad-dnubiet li twettqu fix-Shoah.
 
=== Enċikliċi ===
Linja 53:
Piju XII kiteb 41 enċiklika u xandar madwar elf messaġġ u diskorsi fuq ir-radju u t-televixin. Kien spiss jindirizza lin-nies tax-xjenza u tal-mediċina.
 
Bl-enċiklika '''Mystici Corporis''', Piju XII fisser ir-relazzjonijiet spiritwali u viżibbli li jgħaqqdu l-bnedmin mal-Kelma Inkarnata. F’din l-enċiklika hu offra għall-ewwel darba ġabra teoloġika ta’ x’inhi l-Knisja.
 
Permezz tal-Enċiklika '''Divino Afflante Spiritu''', Piju XII stabbilixxa n-normi duttrinali biex wieħed jistudja l-Iskrittura, filwaqt li saħaq fuq l-importanza u r-rwol tagħha fil-ħajja Nisranija.
 
Bl-enċiklika '''Mediator Dei''', Piju XII kompla mbotta l-moviment liturġiku, l-iżjed meta kiteb: “L-ogħla element tal-kult divin jeħtieġ li jkun dak interjuri… Inkella r-reliġjon issir sempliċiment formaliżmu, mingħajr tifsira u kontenut”.
 
Piju XII ta spinta lill-attività missjunarja bl-enċikliċi '''Evangelii Praecones''' u '''Fidei Donum'''. F’dawn iż-żewġ dokumenti, il-Papa enfasizza d-dmir ta’ kull komunità Nisranija li tħabbar il-Vanġelu lill-ġnus.
 
Fl-omelija li għamel nhar id-9 ta’ Ottubru, 2008, nhar il-50 anniversarju mill-mewt ta’ Piju XII, [[Papa Benedittu XVI]] fisser l-imħabba li dan il-Papa kbir kellu għall-Missjoni:
 
{{kwota|Papa Pacelli kien diġà beda juri din l-imħabba għall-missjonijiet mill-bidu tal-Pontifikat tiegħu, meta f’Ottubru tal-1939 ried personalment jikkonsagra 12-il isqof mill-pajjiżi missjunarji. Dawn kienu jinkludu Indjan, Ċiniż, Ġappuniż, l-ewwel Isqof Afrikan u l-ewwel Isqof mill-[[Madagascar]].}}
 
Fl-1974, Papa Pawlu VI qal hekk fuq Piju XII:
Linja 73:
 
[[Kategorija:Kristjaneżmu]]
[[Kategorija:Papiet]]
 
{{Link FA|en}}