Karmenu Vassallo: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 19:
Vassallo kiteb xogħlijiet bil-Malti, bit-Taljan u l-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]]. Poeżiji tiegħu bil-Malti nqalbu bil-Franċiż minn [[Laurent Ropa]], bit-Taljan minn Vincenzo Maria Pellegrini u Giovanni Curmi u bl-Ingliż mill-Professur [[Arthur John Arberry|A. J. Arberry]]. Rebaħ ħafna premijiet f'konkorsi letterarji tal-poeżija. Fl-1972 Vassallo ngħata l-midalja tad-deheb ''Ġużė Muscat Azzopardi''. Hu hu wkoll magħruf bħala ''il-Poeta tan-Nirien''. Il-poeżija tiegħu b'influwenza tal-poeta Taljan Leopardi tesprimi t-tbatija tal-bniedem, id-dwejjaq u rabja tal-ħajja u r-ribelljoni taż-żgħożija. Fil-poeżiji ta' Vassallo wieħed isib spiritwalità profonda u prinċipji filosofiċi Insara.
 
[[Ġużè Chetcuti]] jgħid li Karmenu Vassallo kien bniedem b'qalb kbira u "nibqgħu ghal dejjem nafuh b'ruħ u qalb għal kollox miġbura fil-poeżija li kiteb; il-poeżija hija l-mera ta' ħajtu, ix-xbihaxbieha ta' qalbu".
 
[[Alfred Sant]] jgħid li "Bħal ħafna oħrajn tal-ġenerazzjoni tiegħu, missieri kien ammiratur kbir ta’ Vassallo. Ġieli kien ukoll jarah bħala kittieb “terribbli” għax jesprimi dwejjaq u rabja bil-ħajja li huma parti mill-irvell taż-żgħożija. Imma f’Vassallo din l-espressjoni nnifisha ġieli kienet tinħass bħala tentazzjoni lejn dwejjaq u rabja li lesti jaqbżu kull limitu. Karmenu Vassallo stess kien ta’ spiss jinġibed lura minn dak li hu jidher li qed ifisser. Malajr malajr, kien jidħol fi djalogu mqit mat-twemmin Kattoliku tiegħu biex jaqta’ ras id-dubju. It-tentazzjoni f’Vassallo għar-rifjut tal-konvenzjoni u d-drawwa kienet tiġbed lejn il-kitba tiegħu, b’ċertu seħer, liż-żgħażagħ tas-snin tletin u erbgħin li kienu jħossu li l-kitba ta’ Vassallo, Ġorġ Pisani u Ġuże` Ellul Mercer kienet qed tgħidilhom affarijiet ġodda dwar ħajjithom ta’ dak iż-żmien... Jispikka fih is-sentiment tal-poeta favur qafas fejn il-ħajja tikseb tifsira aktar profonda. Il-bniedem mhuwiex destinat biss biex jitwieled, jiekol u jorqod, jgħix u jmut. Hemm xi ħaġa aqwa wara l-eżistenza tiegħu. Din hi tema li Karmenu Vassallo baqa’ dejjem itambar fuqha, u jekk mhux dejjem irnexxielu juri fiduċja fit-teżi li iva, hemm tifsira aqwa għall-ħajja, ma kinitx xi ħaġa din li tatu pjaċir tul ħajtu. Iħossu bħalu imma, kien hemm għadd kbir ta’ żgħażagħ…"