Santa Katarina ta' Lixandra: Differenza bejn il-verżjonijiet
Content deleted Content added
New page: Santa Katarina ta' Lixandra hi qaddisa Kristjana u martri li mietet fil-bidu tas-seklu 4. Hi kienet waħda mill-qaddisin li kelmu lil Santa Ġovanna ta' l-Arka. Fil-Knisja Ortodossa hi meq... |
No edit summary |
||
Linja 16:
L-istorja tkompli, li l-anġli ħadu ġisimha fuq il-Muntanja Sinaj, fejn fis-seklu 6 W.K. l-Imperatur tal-Lvant Ġustinu bena l-Monasteru ta' Santa Katarina, din il-knisja bdiet tinbena bejn is-sena 548 u 565. Il-Monasteru ta' Santa Katarina għadu jeżisti u huwa idea bikrija t'arti, arkitetura, u manuskritura Kristjana.
Is-simboli prinċipali tagħha huma r-rota mkisra, li saret magħrufa bħala r-Rota ta' Katarina
==Skond l-Istoriċi==
L-istoriċi jemnu li Katarina forsi mhux veru eżistit u li kienet iżjed figura ideali t'eżempju milli waħda storika. Hi xi forma li ħoloq il-filosfu pagan Hypatia ta' Lixandra fiż-żmien il-medju-evu. Skond Hypatia, jingħad li hi kienet ġiet mgħalma sew (fil-filosofija u t-teoloġija), kienet sabiħa ħafna, verġni, u mietet b'martirju 105 snin qabel miet Hypatia.
Fl-1969, il-knisja Kattolika Rumana neħiet il-jum tal-festa ta' Santa Katarina (il-25 ta' Novembru) mill-Kalendarju Ġenerali tal-Qaddisin li jiġi ppubblikat mill-Kongregazzjoni għat-Twemmin Divin u d-Dixxiplina tas-Sagrament, minħabba nuqas t'evidenza storika fl-eżistenza tagħha. Iżda fl-2002, Hi reġgħat iddaħlet fil-kalendarju. Bejn l-1969 u l-2002 il-Vatikan xorta ħalla li l-festi f'ġieh Katarina ta' Lixandra jiġu ċċelebrati bl-istess mod.
Fl-1908 'L-Enċiklopedija Kattolika' ddiskrevit l-importanza storika fit-twemmin lejn Santa Katarina ta' Lixandra:
"Tinsab ma' Santa Margarita u Santa Barbara bħala waħda mill-Erbatax-il Qaddej fil-Ġenna, hi tisemgħa ħafna fil-pridki u l-poeżiji. Hu magħruf il-fatt li Jacques-Beningne Bossuet iddedikalha wieħed mill-aqwa paneġirki tiegħu u li Adam ta' San Vitor kitbilha poeżija magnifika f'unurha: il-'Vox Sonor Nostri Chori'; eċċ.
==Patruna ta':==
Santa Katarina ta' Lixandra hi patruna ta' dawn in-nies u postijiet:
*Apoloġisti
*Arkivisti
*Avukati
*Bniet
*Edukaturi
*Filosfi
*Ġurati
*Għalliema
*Il-Kulleġġ Balliol
*Infermiera
*Kittieba
*Librara
*Libreriji
*Mekaniks
*Nies li waslu għall-mewt
*Nies somor
*Nies tas-Sengħa li jaħdmu bir-rota, bħal tal-fuħħar, ħajjata, eċċ.
*Nisa mhux miżewġa
*Predikaturi
*Segretarji
*Senniena
*Stenografi
*Studenti
*Taħħana
*Tal-Minjiera
*Teologi
*Tfajliet għaż-Żwieġ
*Università ta' Pariġi
*Xebbiet
*Żejtun (Żwieten)
*Żurrieq (Żrieraq)
|