Santa Katarina ta' Lixandra: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
New page: Santa Katarina ta' Lixandra hi qaddisa Kristjana u martri li mietet fil-bidu tas-seklu 4. Hi kienet waħda mill-qaddisin li kelmu lil Santa Ġovanna ta' l-Arka. Fil-Knisja Ortodossa hi meq...
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 09:46, 16 Ġunju 2007

Santa Katarina ta' Lixandra hi qaddisa Kristjana u martri li mietet fil-bidu tas-seklu 4. Hi kienet waħda mill-qaddisin li kelmu lil Santa Ġovanna ta' l-Arka. Fil-Knisja Ortodossa hi meqjusa bħala "martri kbira", u fil-knisja Kattolika Rumana, tradizjonalment jingħad li hi waħda mill-Erbatax il-Qaddeja Mqaddsa.

Ħajjitha

Peress li għexet ħafna snin ilu l-istorja ta' ħajjitha tikkonsisti ħafna f'leġendi li għandhom varjazzjonijiet differenti. L-iżjed verżjoni popolari hi din: il-leġenda tgħid li Katarina kienet bint Kostantinu, il-gvernatur ta' Lixandra, fl-Eġittu. Jingħad li hi ħadet "l-aqwa edukazzjoni". Hi ddikjarat lill-ġenituri tagħha li tiżżeweġ biss jekk isib wieħed aktar għaref, sinjur, sabiħ u ġenju minnha. Omm Katarina kienet Kristjana bil-moħbi, u b'hekk bagħtitha għand eremita biex issibilha ġuvni aqwa minnha li "s-sbuħija tiegħu kienet aktar tixxgħel mir-raġġi tax-xemx, bl-għerf tiegħu jikkmanda l-kreaturi kollha, u s-sinjurizza tiegħu tinsab imdawra madwar id-dinja."

Deheritilha viżjoni biex tmur titagħmed, hi saret Kristjana u ġiet meħudha l-ġenna f'viżjoni u ntaqgħat ma' Kristu fi ħdan Ommu Marija.


Il-Martirju

Il-leġenda ta' Santa Katarina l-Mara Lixandrina tgħid li hi żaret l-Imperatur Ruman ta' dak iż-żmien (li seta' kien Massimjan, Massiminu t-Tieni, jew Massentju) u prova jikkonvenċijha bl-iżball li għamlet, skond hu li qed titagħlem il-Kristjaneżmu. Il-leġenda tkompli li Katarina waslet biex ikkonvertit lil martu, l-Imperatriċi Fawstina, u anki ħafna għorrief pagani li ntbgħatu mill-Imperatur biex ikelmuha, dawn kollha ħadu l-martirju wara.

L-Imperatur ordna li Katarina tintefgħa l-ħabs, u n-nies li maru jarawha kollha kkonvertew, fosthom l-ikbar ħabib ta' l-Imperatur is-suldat Porfirju, hi ġiet ikkundanata għall-mewt fuq ir-rota (strument tat-tortura). Ir-rota nnifisha nkisret meta misset ma' Katarina, b'hekk qatulha rasha.

L-istorja tkompli, li l-anġli ħadu ġisimha fuq il-Muntanja Sinaj, fejn fis-seklu 6 W.K. l-Imperatur tal-Lvant Ġustinu bena l-Monasteru ta' Santa Katarina, din il-knisja bdiet tinbena bejn is-sena 548 u 565. Il-Monasteru ta' Santa Katarina għadu jeżisti u huwa idea bikrija t'arti, arkitetura, u manuskritura Kristjana.

Is-simboli prinċipali tagħha huma r-rota mkisra, li saret magħrufa bħala r-Rota ta' Katarina, u l-festa tagħha tiġi ċċelebrata fil-25 ta' Novembru.