Kolonja ta' Malta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 33:
==Seklu Dsatax u l-bidu tas-Seklu Għoxrin==
Ir-Renju Unit kien ħa Malta fl-1800, u għall-bidu l-gżejjer ġew amministrati bħala protettorat. Madankollu, fl-1813 [[Thomas Maitland]] sar l-ewwel Gvernatur ta' Malta, u sena wara Malta saret kolonja Ingliża uffiċjalment fit-[[Trattat ta' Pariġi (1814)|Trattat ta' Pariġi]]. Maitland kien attiv ħafna fl-mministrazzjoni ta' Malta u ftit wara li wasal irnexxielu jeqred il-pesta li kienet faqqgħet fl-1813. Hu baqa' gvernatur ta' Malta sakemm miet fl-1824, u f'dawk is-snin irnexxielu jbiddel ħafna affarijiet, fosthom it-tneħħija tal-''Università'' u tibdil ieħor fil-qrati u fil-gvern.
 
Waqt il-[[Gwerra Griega tal-Indipendenza]] ta' bejn l-1821 u l-1832, Malta saret bażi importanti għall-forzi navali Ingliżi, Franċiżi u Russi, speċjalment wara l-Battalja ta' Navarino tal-1827. B'hekk kien hemm ħafna kummerċ u l-ekonomija Maltija marret għall-aħjar. Sfortunatament ftit wara li spiċċat il-gwerra l-ekonomija marret lura għax il-kummerċ spiċċa.
 
Fl-1835 Malta ngħatat [[Kostituzzjoni ta' Malta tal-1835|kostituzzjoni]] u b'hekk inħoloq gvern Malti mhux elett għall-ewwel darba. Wara l-irvell tal-karnival fl-1846, Malta ngħatat [[Kostituzzjoni ta' Malta tal-1849|kostituzzjoni ġdida]] fejn kien hemm gvern parzjalment elett. Fl-1887, b'[[Kostituzzjoni ta' Malta tal-1887|kostituzzjoni oħra]] il-membri eletti Maltin kienu f'maġġoranza, iżda dan waqaf bil-[[Kostituzzjoni ta' Malta tal-1903|kostituzzjoni tal-1903]] meta is-sitwazzjoni reġgħet saret bħal ma kienet fl-1849.
 
Waqt il-Gwerra tal-Krimea bejn l-1853 u l-1856, reġgħa kien hemm ħafna kummerċ u Malta saret bażi navali u militari importanti. Wara l-gwerra l-kummerċ reġgħa naqas iżda wara żdied meta nfetaħ il-Kanal Swejż fl-1869.
 
Fl-aħħar kwart tas-seklu kien hemm ukoll progress ieħor f'diversi setturi, fosthom il-fondazzjoni tal-[[Bank Anglo-Eġizzjan]] (1882), il-bidu tal-vapur tal-art (1883) u r-riforma tas-servizzi postali (1885). Fl-1912, [[Dun Karm Psaila]] kiteb l-ewwel poeżija bil-Malti.
Line 46 ⟶ 50:
==It-triq għall-indipendenza==
Wara l-gwerra Malta reġgħet ingħatat is-''self-government'' fil-[[Kostituzzjoni ta' Malta tal-1947|kostituzzjoni tal-1947]], u b'hekk bdiet it-triq għall-indipendenza. Waqt li kien hemm diversi problemi fil-ħamsinijiet fosthom il-proposta tal-integrazzjoni mar-Renju Unit, l-interdett u r-rundown tal-forzi Ingliżi f'Malta, eventwalment Malta ngħatat l-indipendenza fil-21 ta' Settembru, 1964.
 
==Ara wkoll==
* [[Malta]]