Dun Ġorġ Preca: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 47:
Minkejja li kien ġej minn familja tat-tajjeb, Dun Ġorġ kien jgħix f'faqar kbir. Minn kulma jiddobba kien iżomm biss dak li hu meħtieġ biex jgħix, il-bqija jqassam kollox. (Wara li waqqaf il-MUSEUM kien jgħin ħafna lill-Mużewijiet tal-bniet, li xi wħud minnhom ma kienx ikollhom biex iħallsu l-kera.) Il-kamra li fiha Dun Ġorġ għadda l-biċċa l-kbira ta' ħajtu, kienet kamra żgħira ħafna. Kien fiha sodda b'saqqu kollu ħotob, mejda naqra kbira bil-kotba fuqha, għax lanqas librerija tiegħu ma kellu. Kellha tieqa waħda li quddiemha kien hemm ħajt iswed u għoli. L-art tal-kamra kienet ħarxa u t-tibjid qadim. Lanqas elettriku ma kellu fid-dar u li kieku s-Soċjetà ma bagħtitx soċju biex jagħmillu d-dawl kieku lanqas qatt ma kien iħabbel rasu biex ikollu l-elettriku.
=== Mudell għas-Saċerdoti ===
Iż-żjara tal-[[Papa Benedettu XVI]], f'April 2010, wasslet ukoll il-karatteristika ta' San Ġorġ Preca bħala Saċerdot, proprju fis-sena ddedikata lis-Saċerdot. Kemm meta wasal fl-ajruport ta' Malta, kif ukoll fuq il-Fosos tal-Furjana, il-Papa rrefera għal San Ġorġ Preca. Fuq il-Fosos tal-Furjana, il-Papa ppreżenta lil San Ġorġ Preca bħala “rigal għażiż tas-saċerdozju” u ddeskrivieh bħala “saċerdot ta' umiltà kbira, ta' tjubija, manswetudni, ġenerożità, bniedem ta' talb u b'passjoni biex jikkomunika l-veritajiet tal-Vanġelu”. Fl-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa 21 ta' April fil-Vatikan, il-Papa eżorta biex San Ġorġ Preca jservi ta' mudell u ta' ispirazzjoni lis-Saċerdoti fil-ħidma tagħhom hh biex itemmu l-missjoni li rċevew biex jitimgħu il-merħla tal-Mulej.
 
== Il-Fondazzjoni tal-M.U.S.E.U.M ==