Klassifikazzjoni bijoloġika: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 70:
Fis-''Systema Naturae'' Linnaeus kiteb ukoll dwar il-[[minerali]] u qasamhom f'ħaġar, metalli, minerali u fossili. Min-naħa l-oħra il-qsim li għamel Linnaeus tad-dinja veġetali f'24 klassi kellha iżjed fortuna. Din kienet ibbażata fuq l-osservazzjonijiet fuq l-[[stami|istami]] (numru, dimensjonijiet u mod ta' inserzjoni) u fuq il-[[pistillo|pistilli]]. Din is-sistema – imsejħa "sistema sesswali" proprju għaliex hi bbażata fuq l-organi riproduttivi tal-pjanti – qalgħet fama u approvazzjoni kbira barra fir-reġjun [[Franza|Franċiż]], fejn l-istudjużi tal-''Jardin du Roi'' tall-''Académie des Sciences'' kienu żviluppaw sistematika botanika ibbażata mhux fuq element wieħed biss ta' paragun imma, bil-kontra, fuq għadd kbir ta' karatteristiki komuni fost id-diversi eżemplari; din tissejjaħ b'kuntrast mal-proposta Linneana, ''sistematika naturali''. Is-sistema ta' Linnaeus sejħulha wkoll "artifiċjali", fis-sens li tiġbor fl-istess takson xtieli li mid-dehra m'għandhomx karatteristiki komuni. Il-polemika bejn l-''artifiċjalisti'' u ''naturalisti'' baqgħet sejra matul is-seklu 18 – sal-bidu tas-seklu 18 – teżi u opposizzjoni li kellhom rwol tal-qofol fit-tiswir u d-definizzjoni tax-xjenzi naturalistiċi.
 
Ir-reazzjoni għall-proposti avvanzati għar-renju tal-annimali (kwadrupedi, għasafar, ħut, insetti, dud u għall-ewwel darba anfibi, b'total ta' sitt klassijiet) min-naħa l-oħra qajmet tip ieħor ta' polemiki, fuq kollox dwar il-pożizzjoni li Linnaeus ta l-ġeneru ''Homo'', li klassifikah fost il-kwadrupedi antropomorfi flimkien max-[[Xadina|xadini]] u l-[[bugħażż]]. Id-dibattiti kienu essenzjalment ta' natura filosofika-teoloġika aktar millmilli żooloġika jew sistematika, imma xorta ġiegħlu 'l Linnaeus imexxi l-bniedem, fl-għaxar edizzjoni tas-''Systema Naturae'', u qiegħdu fil-quċċata tal-klassi ġdida tal-[[primates|Primati]] fejn tah l-isem ta' ''Homo sapiens'' għall-ewwel darba.
 
Interessanti li l-1 ta' Jannar 1758, il-jum tal-pubblikazzjoni tal-għaxar edizzjoni tas-''Systema Naturae'' u tal-''Aranei svecici'' ta' [[Carl Alexander Clerk]] (student ta' Linneaeus, 1709 - 1765), sar meqjus mill-Kodiċi Internazzjoni tan-Nomenklatura Żooloġika bħala l-bidu tan-nomenklatura (żooloġika) moderna. Għalhekk l-ebda isem xjentifiku ppubblikat qabel l-1758 ma jista' jgħamel parti min-nomenklatura żooloġika.