Temi Zammit: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:TZammit.jpg|thumb|lemin|200px|<center>"Temi Zammit" pittura ta' Edward Caruana Dingli, 1926</center>]]
'''Sir Themistocles Zammit''' (30 ta' Settembru 1864 - 2 ta' Novembru 1935) (magħruf bħala Temi Zammit) kien arkeologu u storiku, professur tal-kimika, tabib, riċerkatur u kittieb [[Malta|Malti]].
 
== Karriera ==
Wara li ggradwa fil-mediċina mill-[[Università ta' Malta]], Zammit speċjalizza fil-batterjoloġija f'Londra u Pariġi. L-iskoperta tiegħu fl-1905 tal-ħalib imniġġeż bħala vettur għat-trasmissjoni tal-[[bruċellożi]] fil-bnedmin (''B. melitensis'') li tinsab fid-demm tal-mogħoż – ikkontribwixxiet ħafna għall-eliminazzjoni mill-gżejjer tad-[[deni biered]] u għaliha ngħata ''knighthood'' mir-re Ġorġ V tal-[[Ingilterra]].
 
Kien l-awtur ta' diversi xogħlijiet letterarji fil-lingwa Maltija. Ippubblika ukoll ''Il-Gzejjer ta' Malta u l-Grajja Taghhom'', storja tal-gżejjer Maltin, u skava bosta siti arkeoloġiċi importanti, bħall-[[Ipoġew]] u t-[[Tempji megalitiċi ta' Ħal Tarxien|Tempji ta' Ħal Tarxien]], [[Ħaġar Qim]] u l- [[Mnajdra|Imnajdra]], li minn dak iż-żmien ġew dikjarati [[Sit tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO|Siti tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO]]. Skava wkoll il-[[Katakombi ta' San Pawl tar-Rabat]]. Temi Zammit ingħata d-[[DLitt]] ''Honoris Causa'' mill-[[Università ta' Oxford]].
 
Temi Zammit serva bħala Rettur (1920-1926) tal-[[Università ta' Malta]] u kien l-ewwel Direttur tal-[[Muzew Nazzjonali tal-Arkeoloġija (Malta)|Muzew Nazzjonali tal-Arkeoloġija]] fil-belt [[Valletta]].
 
Kien miżżewweġ lil Aloisia Barbaro di San Giorgio u kellhom żewġt ulied, Charles u Sophia.
 
== Karriera==