Pietru Pawl Saydon: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 88.203.60.221 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' 78.133.39.41
No edit summary
Linja 2:
'''Il-Professur Pietru Pawl Saydon''' ([[12 ta' Novembru]], [[1895]] - [[22 ta' Marzu]], [[1971]]), kien saċerdot Kattoliku u studjuż kbir tal-[[Lingwa Maltija|ilsien Malti]], tal-ilsna semitiċi u tal-[[Bibbja]]. Għamel żmien President tal-[[Għaqda tal-Malti - Università|Għaqda tal-Malti fl-Università ta' Malta]]. Jibqa' magħruf l-iktar għall-kontribut kbir li ta lill-ilsien Malti meta qaleb waħdu l-[[Bibbja]] mill-[[Lingwa Ebrajka|Ebrajk]] għall-Malti.
 
== BiduLiba ==
 
Imwieled iż-[[Żurrieq]] fl-24 ta' Lulju 1895, Pietru Pawl Saydon ħa l-ewwel edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tar-raħal, u minn hemm għadda għas-Seminarju. Fl-1912 beda l-kors preparatorju tal-Letteratura fl-[[Università ta' Malta|Università]] u ta' għoxrin sena kiseb il-B.Litt. Fl-1919 iggradwa fil-Liġi Kanonika u d-Dottorat fit-[[Teoloġija]]. Billi ġie l-ewwel wieħed fl-eżamijiet u għadda lill-istudenti tal-fakultajiet kollha, ingħata borża ta' studju mill-Gvern biex seta' jissokta l-istudji tiegħu barra minn Malta. Fl-istess sena ġie ordnat saċerdot u s-sena ta' wara telaq lejn [[Ruma]] l-Istituto Biblico minn fejn fl-1923 kiseb il-Liċenzjat fl-Iskrittura Mqaddsa.