Jean Parisot de la Valette: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 12:
 
===L-assedju===
Kien il-mexxej tad-difiża ta' Malta fl-[[Assedju ta' Malta|assedju]] tal-1565 mit-Torok. L-assedju dam tliet xhur u l-forza tal-Ottomani kienet ħafna ikbar min dik tal-Insara. L-Ottomani kellhom 'il fuq minn 30,000 suldat, fosthom il-ĠannissariĠannizzeri, kif ukoll flotta ta' 193 frejgata. Fit-18 jew l-24 ta' Mejju, it-Torok assedjaw il-[[Forti Sant'Elmu]] li kienet difiża minn 130 kavalier li waqgħet fit-23 ta' Ġunju. Minkejja dan fit-8 ta' Settembru l-Insara irnexxilhom ikeċċu t-Torok u bis-saħħa ta' din ir-rebħa de la Valette kiseb prestiġju kbir fl-[[Ewropa]], imma rrifjuta l-offerta li jsir kardinal biex jibqa' indipendenti mill-Papa. Ħafna attribwew din ir-rifjuta għall-modestà u l-umiltà tiegħu bħala suldat reliġjuż.
Fl-1566, il-Gran Mastru reġa' bena l-Forti Sant'Elmu u beda l-bini tal-belt [[Valletta]] li ġġib ismu. [[Filippu II ta' Spanja]], biex jgħaraf il-kuraġġ tiegħu bagħat stallet tad-deħeb bil-kitba ''plus quam valor Valetta valet''.