Jean Parisot de la Valette: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 10:
[[Stampa:Blason Jean Parisot de la Valette.svg|thumb|L-arma ta' de la Valette bħala Gran Mastru]]
Fl-1554 de la Valette ġie elett Kaptan Ġenerali tal-galeri tal-Ordni. Dan kien unur kbir għal-lingwa ta' Provenza, billi matul il-parti l-kbira tal-istorja tal-Ordni, il-pożizzjoni ta' Gran Ammiral kienet tmur għand il-Lingwa tal-Italja. F'dik il-kariga sar famuż u f'dak iż-żmien ta' kmandanti tal-baħar kbar kien meqjus fl-istess livell tal-Kavallier Mathurin Romegas - wieħed mill-ikbar kmandanti tal-baħar Insara. Fl-1557, meta miet il-Gran Mastru [[Claude de la Sengle]], il-Kavallieri, li kienu nwitati bl-attakk li żgur kien ġej fuqhom, għażlu lil de la Valette bħala Gran Mastru.
 
===Assedju===
Kien il-mexxej tad-difiża ta' Malta fl-[[Assedju ta' Malta|assedju]] tal-1565 mit-Torok. L-assedju dam tliet xhur u l-forza tal-Ottomani kienet ħafna ikbar min dik tal-Insara. L-Ottomani kellhom 'il fuq minn 30,000 suldat, fosthom il-Ġannissari, kif ukoll flotta ta' 193 frejgata. Minkejja dan l-Insara rebħu u bis-saħħa ta' din ir-rebħa de la Valette kiseb prestiġju kbir fl-[[Ewropa]], imma rrifjuta l-offerta li jsir kardinal biex jibqa' indipendenti mill-Papa. Ħafna attribwew din ir-rifjuta għall-modestà u l-umiltà tiegħu bħala suldat reliġjuż.