Lucrezia Borgia: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Robot: pl:Lukrecja Borgia is a good article; kosmetiċi bidliet
Linja 2:
'''Lucrezia Borgia''' ([[Subiaco]], [[18 ta' April]] [[1480]] – [[Ferrara]], [[24 ta' Ġunju]] [[1519]]) kienet it-tifla illeġittima tal-[[Papa Alessandru VI]] (Rodrigo Borgia) u l-maħbuba tiegħu [[Vannozza Cattaneo]].
 
Kienet mara ta' sbuħija affaxxinanti li spiss sabet ruħha mdaħħla fl-intrigi tal-qrati Taljani ta' żmienha. Ħajjitha kienet marbuta mal-fortuna tal-familja qawwija tagħha. Kienet kastellana [[Rinaxximent | Rinaxximentali]]ali perfetta li tattira l-ammirazzjoni u tbeżża' fl-istess ħin <ref>Mill-ktieb ''La leggenda nera di Lucrezia Borgia'', ''Clio Magazine''</ref> u kisbet il-fama ta' politikanta ta' ħila u diplomatika għaqlija.
 
Il-familja ta' Lucrezia, matul l-istorja, spiċċat biex saret l-inkarnazzjoni tal-politika [[Niccolo Machiavelli|Machiavellija]] bla ħniena u tal-korruzzjoni sesswali attribwita lill-papati Rinaxximentali. Missierha, [[Papa Alessandru VI|Alessandru VI]] u [[Cesare Borgia|ħuha Cesare]] irranġawlha bosta żwiġijiet ma' rġiel importanti u qawwija, bl-għan li jilħqu l-ambizzjonijiet politiċi tagħhom.
Linja 13:
Mill-1512, minħabba l-iżventuri li laqtu lilha u d-dar ta' Ferrara, Lucrezia għaddiet perjodi twal fil-kunvent. Mietet fl-1519 ta' disa' u tletin sena hija u twelled.
 
== Bijografija ==
=== Żgħożija fil-qorti papali ===
Lucrezia Borgia twieldet Subiaco, issa [[provinċja ta' Ruma]], fit-18 ta' April, 1480. Missierha kien il-kardinal Spanjol Rodrigo Borgia, <ref> Il-familja Borgia (bil-[[lingwa Valenzjana|Valenzjan]] "Borja", u bil-[[Kastilja|Kastiljan]]n "Borgia" jew "Borja") għalkemm kellha antenati mill-bogħod [[Renju ta' Aragona|Aragoniżi]] (ta' [[Borja]] fl-Aragona tal-Punent ċentrali), kienet tqis ruħha li hi mnissla mir-[[Renju ta' Valenzja]], li dak iż-żmien kien integrat mal-[[Kuruna ta' Aragona]]. Il-Papiet [[Alessandru VI]] u [[Kallistu III]], rispettivament missier u ziju ta' Lucretia, fil-fatt it-tnejn twieldu [[Xàtiva]], il-fewdu l-aktar importanti tal-familja, li jinsab fiż-żona tar-Renju ta' Valenzja fejn jitkellmu bil-Katalan.</ref> Arċisqof ta' Valenzja, li fl-1492 ġie elett [[Papa]] tal-[[Knisja Kattolika]] bl-isem ta' [[Alessandru VI]]. Ommha [[Vannozza Cattanei]], kontessa ta' [[Casa Candia]], il-maħbuba ta' Rodrigo għal ħmistax-il sena, kienet ta' nissel [[Mantova|Mantovan]]n.
 
It-tliet ħutha kienu subien, [[Cesare Borgia|Cesare]], [[Giovanni Borgia|Giovanni]] u [[Goffredo Borgia|Goffredo]]. Lucrezia trabbiet fil-qorti pontifiċju f'perjodu li fih il-figura tal-[[Papa]] kienet tixbaħ ħafna iżjed lil dik ta' kap temporali milli ta' mexxej spiritwali. L-edukazzjoni ta' Lucretia kienet fdata f'idejn kuġinitha Adriana Mila Orsini u mart iben din [[Giulia Farnese]]. Iż-żewġ nisa kienu joqogħdu ma' Lucretia fil-bini li jmiss mal-Vatikan, f'kuntatt mill-qrib mal-[[Papa Alessandru VI]]. Fl-età ta ħdax-il sena, kienet diġà ġiet mwiegħda darbtejn għaż-żwieġ: fis-26 ta' Frar, 1491, in-nutar tal-familja Borgia, Camillo Beneimbene, fassal l-ewwel kuntratt taż-żwieġ ma' Don Cherubino Juan de Centelles sinjur ta' Val d'Ayora fir-renu ta' Valenzja. Il-kuntratt stipula dota ta' 30,000 ''"timbres"'' (valuri) maqsumin parti fi flus u parti f'ornamenti u ġojjelli mogħtija lill-għarusa mill-familja Borgia. Xahrejn wara però missierha [[Rodrigo Borgia]] ftiehem patti taż-żwieġ ġodda ma' Gaspare d'Aversa, konti ta' Procida ta' familja Valenzjana, imma mbagħad xolja ż-żewġ għerusijiet.
 
=== Iż-żwieġ ma' Giovanni Sforza ===
[[Stampa:Lucretia Borgia Pinturicchio.jpg|thumb|lemin|150px|Ritratt ta' Lucrezia Borgia fid-''Disputa ta' Santa Katerina'' fl-Appartment Borgia, fis-Sala tal-Qaddisin fil-Vatikan]]
Wara li Rodrigo laħaq [[Papa Alessandru VI]], żewweġ lil Lucrezia ma' [[Giovanni Sforza]], biex jistabilixxi alleanza mal-familja qawwija ta' Sforza li magħha waqqaf lega difensiva għad-difiża tal-istat tal-Knisja kontra l-invażjoni Franċiża imminenti taħt [[Karlu VIII]].
Linja 27:
Il-tieġ, però ma ġiex konsumat (x'aktarx minħabba n-nuqqas ta' maturità fiżika ta' Lucrezia li kienet għadha tifla) sa nofs Novembru ta' dik is-sena. F'dan il-perjodu il-miżżewġin għexu mifrudin, wieħed bejn Pesaro u Milan, l-oħra fil-palazz ta' Santa Maria in Portico fil-Vatikan, dejjem taħt il-ġwienaħ protettivi ta' missierha.
 
Wara ftit, il-[[familja Borgia]] ma kellhiex bżonn iżjed tal-familja Sforza, u l-preżenza ta' Giovanni fil-qorti papali saret żejda, l-aktar billi kellu l-ħsieb li jiħodha 'l bogħod lil maħbuba Lucrezia. Il-Papa kellu bżonn alleanzi politiċi ġodda aktar vantaġġużi, tant li forsi bil-moħbi orndna l-qtil ta' Giovanni. Ħu Lucrezia, [[Cesare Borgia| Cesare]] għarrafha b'dan u hi qalet lil żewġha, li telaq jiġri lejn [[Ruma]]. Jew forsi l-Papa qatt ma ta din ordni, u kien pjan maħsub minn Cesare u Lucrezia biex jeħilsu mir-raġel li kien xebbagħhom. Ġara x’ġara, il-Papa Alessandru u Cesare kienu kuntenti bl-opportunità ji jirranġaw żwieġ ieħor vantaġġuż għal Lucrezia. Iżda qabel ma seta' jiġri dan kien hemm bżonn li jeħilsuha minn Giovanni Sforza.
 
=== L-annullament taż-żwieġ ===
Linja 40:
Minkejja li l-insinwazzjoni dwar ir-relazzjonijiet inċestwużi fil-familja Borgia malajr waqgħet, dawk li riedu jmaqdru lill-Papa għamlu minn kollox biex jagħtuha importanza fiċ-ċrieki l-aktar prestiġjużi.
 
=== L-affari ta' Perotto ===
 
Matul il-proċess delikat tal-annullament, Lucrezia kellha relazzjoni sesswali ma' xi ħadd, jista' jkun il-messaġġier ta' Alessandru, Perrot Calderon, li aktar tard ġie assassinat, skont kif jaħsbu, minn idejn Cesare Borgia stess. Ir-riżultat kien li meta ż-żwieġ ġie annullat għaliex ma ġiex ikkonsmat, Lucrezia kienet tqila, u dan hu wieħed mill-fatti li dawk li jridu jmaqdruha jsemmu biex isaħħu l-fama ħażina tagħha. Il-tarbija twieldet bil-moħbi u mbagħad Lucretia żżewġet lill-ġuvni ta' sbatax-il sena, [[Alfonsu ta' Aragona (1481-1500)|Alfonsu ta' Aragona]], Duka ta' Bisceglie, it-tifel illeġittmu tar-re Alfonsu II ta' Napli. Dan it-tieġ seħħ fil-21 ta' Lulju 1498, quddiem il-Kardinal Ascanio Sforza fil-palazz ta' [[Santa Maria Portico]], wara negozjati komplessi dwar id-dota ta' Lucretia. Fil-5 ta' Awissu, ġiet iċċelebrata ċerimonja oħra.
 
=== Alfonsu ta' Aragona ===
[[Stampa:Cesareborgia.jpg|thumb|xellug|Cesare Borgia, hu Lucrezia]]
Mill-1499 sal-1502 Lucrezia kienet, b'ħatra papali, il-gvernatriċi ta' [[Spoleto]], [[Foligno]], [[Assisi]] [[Nocera Umbra|Nocera]], [[ Sassoferrato]], [[Visso]], [[Gualdo Cattaneo|Gualdo]], [[Bettona]], [[Trevi]], [[Bevagna]], [[Montefalco]], [[Sangemini]] u tal-abbazija ta' [[Ferentillo]]. Kienet toqgħod Spoleto.<ref> F. Mancini, Lucrezia Borgia governatrice di Spoleto" fl- Archivio storico italiano, 414, 1957, p. 182-187 </ref >
 
Matul it-tieni żwieġ tagħha, Lucrezia kienet mitlufa għal kollox fid-dinja ta' missierha, milli jidher mingħajr ma kienet taf kemm kien qarrieq, u konvinta li l-Papa kien jagħmel kollox immexxi biss mill-imħabba immensa li kellu għat-tifla fessuda tiegħu. Allura laqitgħu lil [[Alfonsu ta' Aragona (1481-1500)|Alfonsu ta' Aragona]], li milli jidher kien l-ewwel imħabba ta' ħajjitha. Iż-żgħażagħ simili ħafna, it-tnejn sagrifikati għal raġunijiet tal-istat, malajr sabu ruħhom jaqblu u jħobbu lil xulxin. Kellhom tarbija, Rodrigo Aragona.
Linja 72:
{{Iċċita|Jekk għal ċertu żmien għexet ta' midinba, żgur li mietet ta' qaddisa<ref>Montanelli-Gervase, ''Storia d'Italia.Vol. 2 (1250-1600 )'' ippubblikat minn ''Il Corriere della Sera'', p. 346</ref>|Indro Montanelli}}
 
== Għajdut u leġġendi ==
{{Iċċita|Fejn hemm Lucrezia, il-mewt.|Minn ''[[Lucrezia Borgia (opra)|Lucrezia Borgia ]] ''[[opra]] ta' [[Gaetano Donizetti]]}}
 
Baqgħu ħajjin matul is-snin bosta għajdut u leġġendi, li jispekulaw l-iżjed fuq in-natura stravaganti tal-festi organizzati mill-familja Borgia.<br />
Linja 79:
Il-ħafna spekulazzjoni dwar ir-[[Inċest|relazzjoni inċestwuża]] ta' Lucretia ma' missierha u ħutha hi magħrufa sewwa.
 
=== Velenu ===
Jingħad li kellha ċurkett (jew vojt minn ġewwa jew b'labra) li kull jum kienet tgħammed fil-velenu li vvintat hi, il-''cantarella''. Biex tikseb it-taħlita kien meħtieġ li troxx l-[[arseniku]] fuq l-imsaren ta' ħanżir li jkun għadu kemm inqatel. Meta l-massa mmuffata tinxef, tindaħan fi trab. Tant hu vjolenti l-velenu ta' din it-taħlita li joqtol f'erbgħa u għoxrin siegħa, f'agunija orribbli. B'dan iċ-ċurkett setgħet toqtol b'tmellisa jew billi ddaħlu fix-xarba tal-vittma.<br />
Iżda m'hemm l-ebda traċċa ta' dan kollu fid-dokumenti ta' dak iż-żmien, u l-iżjed fl-ittri tal-ambaxxaturi. Tabilħaqq, Lucrezia kienet dejjem deskritta bħala ''madonna decorosissima'' (sinjura ta' dinjità kbira).
 
=== Burckardt ===
L-ikbar maqdâr tal-familja Borgia kien [[Johannes Burckardt|Burckardt ta' Strasburgu]], mastru taċ-ċerimonji fil-qorti papali. Skond dawn Lucrezia u missierha kienu jorganizzaw [[Sibt is-Seħer|Sibtijiet is-Seħer]] Sataniċi, fosthom "iż-żifna tal-qastan", xorta ta' [[orġija]] maħluqa minn Cesare. Barra minn hekk akkuża lil Lucrezia b'relazzjonijiet inċestwużi mal-Papa u ħuha Cesare. Wasal biex jgħid li l-''Infante Rumano'', l-ewwel iben ta' Lucrezia, twieled minn [[inċest]], u li ħafna mid-delitti tal-membri tal-familja kienu ġejjin mill-għira li kellhom għaliha. L-għan ta' Burckardt bħal ta' ħafna oħrajn kien li jrażżan il-qawwa tal-familja Borgia. Imma dawn u leġġendi oħra baqgħu ħajjin wara ħafna li l-qawwa rjali li kellha l-familja kienet għebet.
 
Linja 91:
Madankollu, hi miftakra bħala mara ħażina, kattiva u l-protagonista ta' konfoffi u qtil.
 
== Lucrezia fil-kultura popolari ==
=== Teatru ===
* ''[[ Lucrezia Borgia (opra)|Lucrezia Borgia]]'' ta' [[Gaetano Donizetti]] (1833).
=== Rumanzi ===
* ''[[ Lucrezia Borgia (Hugo)|Lucrezia Borgia]]'' traġedja miktuba minn [[Victor Hugo]] fl-1833.
* ''Lucrezia Borgia'' rumanz ta' [[Maria Bellonci]], miktuba fl-1939 (premio Viareggio).
* ''The Family'' (Il-Familja) rumanz ta' [[Mario Puzo]].
* [[Antonio Scurati]] f'kapitolu ta' ''Il rumore sordo della battaglia'' ta' Bompiani 2002, jirrakkonta l-perjodu li għaddiet f'Pesaro Lucrezia Borgia u jiddeskrivi l-imġiba żienja tagħha
=== Ċinema ===
* ''Lucrezia Borgia'', dirett minn Gerolamo Lo Savio (1912).
* ''Lucrezia Borgia'', taħdem Diana Karenne (1919).
* ''Lucrezia Borgia'', taħdem Liane Haid (1926).
* ''Lucrèce Borgia'', ta 'Abel Gance taħdem Edwige Feuillère (1935).
* ''Lucrezia Borgia'', taħdem Isa Pola (1940).
* ''La maschera dei Borgia'', taħdem Paulette Goddard (1949).
* ''Lucrezia Borgia'', taħdem Martine Carol (1953).
* ''Lucrezia Borgia, l'amante del diavolo'', taħdem Olga Schoberová (1968).
* ''Il manichino assassino'', taħdem Rosa Huerta (1973)
* ''Lucrezia giovane'', taħdem Simonetta Stefanelli (1974).
* ''Le notti segrete di Lucrezia Borgia'', taħdem Sirpa Lane (1982).
* ''Lucrezia Borgia'', taħdem Lucia [Prato (1990).
* ''Los Borgia'', taħdem María Valverde (2006).
 
== Referenzi ==
{{referenzi}}
 
Linja 126:
[[Kategorija:Sforza]]
[[Kategorija:Rinaxximent]]
 
{{Link GA|pl}}