Romantiċiżmu: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Bot: Migrating 80 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q37068
m Robot: no:Romantikken is a good article; kosmetiċi bidliet
Linja 13:
 
Ir-Romantiċiżmu enfasizza l-burdati estremi u t-taqbidiet interjuri tal-bniedem. Għalhekk jispikkaw sentimenti qawwija ta' mħabba u mibegħda, ħlewwa u rabja, hena u niket, qlubija u biża', tama u disperazzjoni. Barra li fittex is-sabiħ u l-veru fl-imgħoddi, igglorifika l-passat taħt lenti nostalġika. Ir-Romantiċiżmu:
* Xeħet ħarstu fuq dak li hu eżotiku, remot, stramb u misterjuż; għalhekk is-sopravvent tal-fantasija.
* Ħares lejn l-artist bħala forza kreattiva li kapaċi tittraxxendi r-regoli stabbiliti. L-artist romantiku hu bniedem ispirat, ħafna drabi b'ego minfuħ; għalhekk, iqis lilu nnifsu bħala profeta jew viżjonarju.
* Ippropaga l-kunċett tal-ġenju li jeħodha kontra l-konvenzjoni u l-kunċett ta' l-eroj li jissagrifika ruħu għall-ideali tiegħu.
* Rewwaħ is-sens ta' nazzjonaliżmu. Il-patrija hija jedd ta' kull ċittadin filwaqt li hu d-dmir ta' kulħadd li jqim lil ġensu.
* Kebbes interess fil-folklor u l-kultura popolari. Is-sens demokratiku jitlob rispett lejn l-ilsien, it-tradizzjonijiet, il-valuri u l-miti tal-poplu.
* Ħares lejn id-dinja mhux kif tidher iżda kif xtaqha. Kollox hu trasportat f'dinja alternattiva fejn dak li jgħodd mhuwiex il-materja fiżika iżda l-ispirtu.
 
Ir-Romantiċiżmu jimplika l-libertà ta' l-ispirtu:
* Huwa liberu fil-ħsieb għalhekk ir-Romantiċiżmu hu l-moviment ta' l-immaġinazzjoni u l-ħolm.
* Huwa liberu fis-sentimenti għalhekk ir-Romantiċiżmu hu l-moviment tal-passjoni u l-emozzjoni.
* Huwa liberu fil-politika għalhekk ir-Romantiċiżmu hu l-moviment tan-nazzjonaliżmu u d-demokrazija.
* Huwa liberu fil-konfront ma' l-ambjent għalhekk ir-Romantiċiżmu hu l-moviment li jirritorna lejn in-Natura u l-ġenesi ta' l-istorja.
 
Ħafna storiċi intellettwali raw ir-Romantiċiżmu bħala moviment li serva bħala muftieħ fil-[[Kontro-Illuminiżmu]], li kienet ir-reazzjoni kontra ż-[[Żmien l-Illuminiżmu]].
Linja 34:
 
{{Link FA|sv}}
{{Link GA|no}}