Edith Stein: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
m Robot: fr:Edith Stein is a good article; kosmetiċi bidliet
Linja 36:
Intant fil-1914 faqqgħet l-ewwel gwerra dinjija. Flimkien ma' xi wħud minn sħabha, Edith marret tgħin bħala infermiera tas-Salib l-Aħmar ġewwa sptar fl-Awstrija. Ommha qaltilha ċar u tond li ma ridithiex tmur "għaliex dawn is-suldati mhux biss huma morda imma huma mimlija qamel." Edith ddeċidiet : "Mela immur bla permess tiegħek!" Rieda tal-azzar li ma taqa’ għal ebda kompromess fejn tara ċar...
 
== Konverżjoni ==
 
Fil-1917 tmur wara l-professur 'tagħha' Husserl fl-università ta' Freiburg. Mhux talli hekk, talli dan Husserl impressjonat bl-intelliġenza tagħha u bil-karattru tagħha ("Kollox fiha hu veru" stqarr darba ma' sieħbu) jaħtarha assistenta tiegħu. Intant iġġib id-dottotat fil-filosofija bit-teżi tagħha fuq l-mod kif ahna nħossu l-uġigħ tal-ieħor - "Il-Problema tal-Empatija".
Linja 50:
Bdiet tirċievi ħafna stediniet ħalli titkellem f'diversi laqgħat u seminars. Il-mod profond u oriġinali kif kienet tippreżenta l-vokazzjoni tal-mara nisranija fis-soċjetà kontemporanja kien jimpressjona. Sabet ruħha titkllem f'ħafna bliet fil-Ġermanja, l-Awstrija u l-Iżvizzera.
 
== Soru tal-Klawsura ==
 
Fil-1933 [[Adolf Hitler]] laħaq Kanċillier tal-Ġermanja. Il-persekuzzjoni, l-ewwel fina u moħbija u mbagħad kattiva u miftuħa kontra l-Lhud issa qabdet ritmu aktar sfrenat. Il-bibien kollha bdew jingħalqu għal Edith. Għalkemm ixxukjata u muġugħa ħafna minħabba din is-sitwazzjoni politika, Edith rat f'dan ukoll l-id providenzjali ta' Alla. Indunat li Alla qed isejħilha ħalli bħar-Reġina Ester tirriskja ħajjitha għal ġensha. Indunat ukoll li issa tista' twettaq il-ħolma li kienet ilha ġġorr ħdax il-sena. Issa setgħet tidħol Soru Tereżjana.
Linja 64:
Ma ħaditx ħafna żmien biex tidra. Sorijiet ġodda, spirtu ġdid, ambjent ta' ħajja ġdida. "Dak li qegħedli s-salib fuq dirgħajja rnexxielu jagħmilhuli ħafif u ħelu!"
 
== Il-Martirju ==
 
Imma l-qarnita tan-[[Nażi]] ma damitx ma ppenetrat ġewwa l-Olanda wkoll. U anke hawnhekk bdiet 'it-tisfija'. Swor Tereża Benedetta aktar bdiet tħoss l-urġenza li toffri lilha nnifisha lill-Qalb ta' Ġesù bħala tpattja b'risq paċi vera. San Pawl kien qal li n-Nisrani huwa msejjaħ "ħalli jtemm f'ġismu dak li jonqos mit-tbatijiet ta' Kristu għall-ġisem tiegħu li hu l-Knisja." Din is-soru Lhudija ħasset li din hi l-vokazzjoni tagħha. Vokazzjoni ta' mħabba.
Linja 82:
Hija waħda mis-sitt Qaddisin Patruni tal-Ewropa, flimkien ma’ [[San Benedittu]], San Ċirillu u San Metodju, [[Santa Briġida tal-Isvezja]] u [[Santa Katerina ta’ Siena]]. Hija wkoll Patruna tal-Lhud ikkonvertiti u waħda mill-Patruni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.
 
== Ħoloq esterni ==
* [http://saints.sqpn.com/saint-teresa-benedicta-of-the-cross/ Indiċi tal-Qaddisin]
 
[[Kategorija:Qaddisin]]
 
{{Link GA|fr}}