Iżlanda: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
m Robot: pt:Islândia is a featured article; kosmetiċi bidliet
Linja 11:
|ħolqa_demografija = Demografija tal-Iżlanda
|mottu_nazzjonali =
|innu_nazzjonali = ''[[Lofsöngur]]''<br /><small>Innu</small><center>[[FileStampa:Lofsöngur.ogg]]</center>
|lingwi_uffiċjali = [[Lingwa Iżlandiża|Iżlandiż]]
|gruppi_etniċi =
Linja 77:
}}
 
L-'''Iżlanda''', uffiċjalment magħrufa bħala r-'''Repubblika tal-Iżlanda''', huwa pajjiż [[Pajjiżi Nordiċi|Nordiku]] iżolat għal kollox minn mal-kumplament tal-[[Unjoni Ewropea]]. Din il-gżira mbiegħda tinsab fil-konfluwenza tat-tramuntana tal-[[Oċean Atlantiku]] u l-[[Oċean Artiku|Oċeani Artiċi]] fuq in-naħa Atlantika mezzana.<ref name="CIA Govt">{{ċita web |awtur=Central Intelligence Agency |titlu=CIA&nbsp;– The World Fact book&nbsp;– Iceland |xogħol=Government |editur=United States Government |data=20 ta' Lulju 2006 |url=https://www.cia.gov/library/publications/the-world-factbook/geos/ic.html |aċċessdata=6 ta' Awwissu 2006|lingwa=Ingliż}}</ref> Il-popolazzjoni ta' dan il-pajjiż hija ta' madwar it-320,000 ruħ u l-erja totali tal-art hija ta' 103,000 kilometru kwadru, li tagħmilha l-inqas art ippopolata fl-Ewropa.<ref name="Statice">{{ċita web |awtur=Statistics Iceland |titlu=Statistics Iceland|xogħol=Government |editur=The National Statistical Institute of Iceland |data=14 ta' Settembru 2008 |url=http://www.statice.is#Govt |aċċessdata=14 ta' Settembru 2008|lingwa=Ingliż}}</ref> [[Rejkjavik]] hi l-belt kapitali u l-ikbar belt tal-pajjiż.<ref name="Young2009">{{ċita ktieb|awtur=Don Young|titlu=Reykjavik Iceland & its Surroundings|url=http://books.google.com/books?id=Q-E04qINoCMC&pg=PT30|sena=2009|editur=Hunter Publishing, Inc|paġna=30}}ISBN 978-1-58843-798-3</ref> Fil-postijiet tal-madwar fir-reġjun tal-ilbiċ tal-pajjiż joqogħdu żewġ terzi tal-popolazzjoni. Il-belt kapitali ta' dan in-nazzjon hija l-iktar belt li tinsab mibnija f'altitudni għolja fid-dinja. L-Iżlanda hija magħrufa għall-attività [[vulkan|vulkanika]]ika u [[gradjent ġeotermali|ġeolika]] tagħha. L-interjur jikkonsisti minn pjanura kkaretterizzata mir-ramel u mill-għelieqi tal-[[lava]], muntanji u glaċieri, waqt li bosta [[xmara|xmajjar glaċjali]] jogħlew sal-baħar mill-artijiet il-baxxi. L-Iżlanda jirnexxilha iżżomm it-temperatura tagħha sħuna permezz tal-[[Golf Influss]] u jingħad li l-Iżlanda għandha klima moderata minkejja l-altitudni għolja 'l barra miċ-[[Ċirku Artiku]].
 
Skont ''[[Landnámabók]]'', in-nies bdew jgħixu fuq dan il-pajjiż Nordiku sa mis-sena 847 WK meta l-kmandant [[Ingólfr Arnarson]] sar l-ewwel abitant permanenti ta' entiċità Norveġiża.<ref name=tomasson>{{ċita ktieb |kuljom= Tomasson |isem= Richard F. |titlu= Iceland, the first new society |editur= U of Minnesota Press |sena= 1980 |paġna= 63}}ISBN 0-8166-0913-6</ref> Oħrajn kienu żaru l-gżira qabel u qagħdu hemmhekk sakemm tgħaddi x-xitwa kiefra. Matul is-sekli li ġejjin, in-[[Nies Norveġiżi|Norveġiżi]] abitaw lill-Iżlanda u ġabu magħhom xi oġġetti ta' oriġini [[Gaeliċi|Gaeliku]]. Mill-1262 sal-1918, l-Iżlanda kienet tifforma parti integrali min-Norveġja, u iktar tard parti mill-[[Monarkija tad-Danimarka|monarkiji Daniżi]]. Il-pajjiż attribwixxa l-[[Att tal-Unjoni Daniż-Iżlandiż|indipendenza tiegħu fl-1918]] u beda jissejjaħ Repubblika sa mill-1944. Sas-seklu għoxrin, il-[[Iżlandiżi|popolazzjoni Iżlandiża]] kienet tiddependi ħafna fuq is-sajd u l-agrikultura (voldieri l-produzzjoni ta' ħaxix u frott) u l-pajjiż kien meqjus bħala wieħed mill-iktar nazzjonijiet foqra u l-inqas avvanzati fid-dinja. L-industrijalizzazzjoni tal-pixkeriji u l-għajnuna mogħtija mingħand il-[[Pjan Marshall]] ġabet il-prosperità fis-snin ta' wara t-[[It-Tieni Gwerra Dinjija|Tieni Gwerra Dinjija]], u sal-1990, l-Iżlanda rnexxielha ssir waħda mill-iktar pajjiżi sinjuri u żviluppati fid-dinja. Fl-1994, l-Iżlanda ssieħbet maż-[[Żona Ekonomika Ewropea]], li fetħet lok għall-ekonomija sabiex tiddiversifika f'servizzi ekonomiċi u finanzjarji.
Linja 85:
Il-[[Kultura tal-Iżlanda|kultura Iżlandiża]] hija bbażata fuq il-wirt Nordiku li jipposjedi dan il-pajjiż. Bosta Iżlandiżi huma d-dixxendenti ta' abitanti Norveġiżi u Galejeċi. L-[[Lingwa Iżlandiża|ilsien Iżlandiż]] huwa lsien Nord-Ġermaniku u huwa d-dixxendent dirett tal-ilsien qadim li kienu jitħaddtu bih in-Norveġiżi. L-Iżlandiż jixbah ħafna lill-[[Lingwa Faroiża|Faroiż]] li huwa mitkellem fuq il-[[Gżejjer Foroe]], u jixxiebah mad-[[Djaletti Norveġiżi|djaletti Norveġiż tal-punent]]. Il-wirt kulturali tal-pajjiż jinkludi l-[[Kċina Iżlandiża|kċina tradizzjonali Iżlandiża]], il-[[Letteratura Iżlandiża|poeżiji]] u s-Sagas Iżlandiżi li ġejjin miż-żminijiet medjevali. Fost il-membri tan-[[NATO]], l-iżlanda għandha l-iċken popolazzjoni u hija l-uniku nazzjon li m'għandux [[Lista ta' pajjiżi mingħajr forzi armati|armata permanenti]] però wieħed jista' jsib armata gwardjana u difenditriċi mal-kosti Iżlandiżi.
 
== Medju-Evu ==
 
L-isforzi u l-kunflitti ċivili tal-era ta' Sturlung wasslu għall-iffirmar tal-patt il-qadim ta' Covenant (Old Covenant) fl-1262, li temm il-Commonwealth u ġab lill-Iżlanda taħt id-dominju Norveġiż. Il-pussess tal-Iżlanda ġie mgħoddi lill-Unjoni Kalmarja fl-1415, meta r-renji tan-Norveġja, tad-Danimarka u tal-Iżvezja kienu uniti. Wara d-diviżjoni tal-unjoni fl-1523, il-gżira baqgħet tiddependi fuq in-Norveġja, bħala parti mid-Danimarka-Norveġja. Fis-sekli segwenti, l-Iżlanda kienet saret waħda mill-ifqar pajjiżi tal-Ewropa. Ħamrija infertili, eruzzjonijiet vulkaniċi, deforestazzjoni u l-klima diffiċli magħmula għal ħajja ħarxa f'soċjetà fejn is-sussistenza kienet kważi tiddependi fuq l-agrikultura biss. Il-mewta s-sewda laqtet lill-Iżlanda darbtejn, l-ewwel darba fl-1402–04 u t-tieni darba fl-1494–95.L-ewwel waħda qatlet 50 sa 60% tal-popolazzjoni,filwaqt li l-aħħar waħda qatlet madwar 30 sa 50% tal-popolazzjoni Iżlandiża.
== Lingwa ==
 
L-[[Ilsien Iżlandiż]] huwa meqjus bħala l-ilsien uffiċjali ta' dan in-nazzjon, lingwa miktuba u mitkellma li hija mnissla direttament mill-ilsien Norveġiż. Il-grammatika u l-vokabularju ta' dan l-ilsien ma tantx jidhru li nbidlu meta wieħed jikkunsidra l-ilsien li kienu jitkellmu bih il-Vikingi Norveġiżi fil-passat u l-[[lingwi Nordiċi]] l-oħra. L-Iżlandiż irnexxielu jippreserva iktar verbi u l-inflessjoni tan-nom, u sa ċertu punt irnexxielu jiżviluppa vokabularju ġdid ibbażat fuq għeruq nattivi, minflokk ġie missellef kliem ieħor minn lingwi oħra. It-tendenza puristika li nsibu fl-iżvilupp tal-vokabularju Iżlandiż hija ġejja mill-ippjanar lingwistiku li sar matul il-medda taż-żminijiet b'mod konxju, minkejja sekli sħaħ ta' Iżolament, maqtugħin mill-umanità. L-Iżlandiż huwa l-uniku lsien ħaj li żamm l-użu tal-ittra Runika: Þ, b'kitba Latina. L-eqreb ilsien tal-Iżlandiż huwa lsien Ġermaniku ieħor, il-Faroiż.
Linja 97:
L-Iżlandiżi jagħmlu użu minn żewġ tipi ta' sistemi partikolari li jgħinu fil-kostruzzjoni ta' ismijiet ġodda, sistemi li jmorru kontra s-sistemi użati minn bosta nazzjonijiet Ewropej, dawn is-sistemi mħaddma huma: Patronimiċi u Matronimiċi. Is-sistema Patronimika u Matronimiki jsegwu l-isem mogħti lill-persuna kkonċernata, eż: Elísabet Jónsdóttir ("Elísabet, bint Jón's") jew Ólafur Katrínarson ("Ólafur, iben Katrín"). Konsegwentament l-Iżlandiżi jirriferu għal xulxin permezz tal-ewwel isem biss meta jidħlu f'konversazzjoni ma' individwu ieħor li jipprattika l-istess kultura , u tajjeb li ngħidu wkoll li d-direttorju tat-telefonu Iżlandiż, jelenka l-ismijiet alfabetikament bl-ewwel isem minflokk bil-kunjom sistematiku.
 
[[FileStampa:Iceland-Reykjavik-Thjodmenningarhus-1.jpg|thumb|Il-Librerija Universitarja fl-Iżlanda]]
 
== Letteratura ==
 
Ix-xogħolijiet letterarji klassiċi konoxxuti fl-Iżlanda huma s-Sagas Iżlandiżi u l-proża epika li tmur lura għal dak iż-żmien meta l-Iżlanda kellha ġens li setgħet tibda ssejjaħlu tagħha. Però l-iktar letteraturi famużi huma s-saga ta' Njáls , li tittratta vendetta epika u mdemmija, kif ukoll is-saga tal-Grænlendinga u s-saga ta' Eiríks, li jiddeskrivu l-iskoperta u l-abitazzjoni tal-Grinlandja u l-Vinlandja (li llum hija magħrufa bħala Newfoundland). Is-saga ta' Egils, ta' Laxdæla, ta' Grettis , ta' Gísla u s-saga ta' Gunnlaugs ormstungu huma sagas Iżlandiżi notevoli u popolari ukoll. It-traduzzjoni tal-Bibbja li ġiet ippubblikata fis-seklu sittax. Il-kompożizzjonijiet importanti li nkitbu mis-seklu ħmistax sas-seklu dsatax jinkludu versi sagri, l-iktar famużi jkunu l-innijiet tal-passjoni ta' Hallgrímur Pétusson, u ta' rímur fejn insibu għadd ta' poeżiji epiċi iżda wkoll ritmiċi. B'dawn il-poeżiji li oriġinaw fis-seklu 14, ir-Rimuri kienu popolari fis-seklu 19, fejn l-iżvilupp tal-forom letterarji ġodda kien ipprovakat mill-awtur Romantiku-nazzjonali, Jónas Hallgrímsson. Fiż-żminijiet riċenti, l-Iżlanda pproduċiet bosta kittieba grandjużi, wieħed mill-iktar magħrufa huwa Halldór Laxness, li rċieva l-premju nobel fil-letteratura fl-1955 ( Li s'issa huwa l-uniku Iżlandiż li rnexxielu jirbaħ premju nobel). Steinn Steinarr kien il-poeta li xerred l-influwenza tal-letteratura moderna matul il-bidu tas-seklu għoxrin, pass progressiv li għamlu popolari sal-lum il-ġurnata minkejja l-fatt li m'għadux ħaj (Twieled: fit-13 ta' Ottubru tal-1908 - Miet: fil-25 ta' Mejju tal-1958).
Linja 105:
L-Iżlandiżi huma fanatiċi tal-letteratura, bl-ogħla numru ta' ħwienet tal-kotba għal kull kapita fid-dinja. Minkejja d-daqs tagħha l-Iżlanda timporta u tittraduċi iktar letteratura internazzjonali minn kwalunkwe pajjiż ieħor. L-Iżlanda għandha l-ogħla rata ta' pubblikazzjoni ta' kotba u rivisti per kapita wkoll, u jista' jingħad li madwar 10% tal-popolazzjoni sejra tippubblika xi ktieb matul il-korsa ta' ħajjitha.
 
[[FileStampa:Map of Iceland highlands-en.svg|thumb|Din il-mappa qiegħda tirrappreżenta l-bosta għoljiet eżistenti fuq il-gżira tal-Iżlanda]]
== Ġeografija ==
 
L-Iżlanda tinsab f'pożizzjoni speċifika xi mkien fejn l-oċean Atlantiku u l-oċean Artiku. Il-gżira prinċipali tinsab kompletament lejn in-nofsinhar taċ-ċirku Artiku, li jgħaddi mill-gżejra Iżlandiża ta' Grimsey 'il barra mill-kosta Nordika tal-gżira prinċipali. Il-pajjiż jinsab bejn il-latitudnijiet 63° u 67° T, kif ukoll bejn il-lonġitudnijiet 25° u 13° P. L-Iżlanda hija ferm eqreb tal-Ewropa kontinentali milli tal-Amerika ta' fuq, allura, il-gżira hija ġeneralment deskritta bħala stat Ewropew minħabba raġunijiet Storiċi, Politiċi, Kulturali u prattiċi. Ġeoloġikalment il-gżira tinkludi partijiet ta' żewġ pjanċi kontinentali. L-eqreb medda ta' art li tinsab viċin ta' dan il-pajjiż hija l-Grinlandja, li qiegħda 290 kilometru 'l bogħod u l-eqreb meded ta' art li jifformaw parti intrinsika mill-kontinent Ewropew huma l-gżejjer tal-Faroe (420 kilometru), Il-gżira ta' Jan Mayen (570 kilometru); Shetland u l-ebridi esterni, li t-tnejn huma madwar (740 kilometru); L-art prinċipali tal-Iskozja u Orkney, li jinsabu fid-distanza ta' (750 kilometru) u l-art prinċipali tan-Norveġja li qiegħda madwar 970 kilometru 'l bogħod.
Linja 114:
L-Iżlanda għandha tliet parkijiet nazzjonali, dawn huma: Il-park nazzjonali ta' Vatnajökull, il-park nazzjonali ta' Snæfellsjökull,u l-park nazzjonali ta' Þingvellir. Il-pajjiż huwa kkunsidrat bħala parteċipant b'saħħtu fejn tidħol il-protezzjoni tal-ambjent, infatti l-Iżlanda tinsab ikklassifikata fit-tlettax-il post għall-prestazzjoni eċċellenti tal-ambjent li huwa mogħni bih il-pajjiż għax fl-aħħar mill-aħħar l-għallmu kollu li qiegħed jagħmel dan il-pajjiż huwa ġest umli li jinħtieġlu kull rispett u apprezzament.
 
== Ġeoloġija ==
 
L-Iżlanda hija art li għadha ġeoloġikament żagħżugħa. L-Iżlanda tinsab kemm fuq ix-xifer tagħha nfisha kif ukoll fuq dak Mid-Atlantiku, li jittraversa dritt minn ġol-art. Din il-lokazzjoni tqiegħed lill-Iżlanda f'pożizzjoni ġeoloġika ferm attiva b'ħafna vulkani, bħal: Hekla, Eldgjá, Herðubreið u Eldfell. L-eruzzjoni vulkanika ta' Laki fl-1783–1784 ikkawżat ġuħ kbir li kien kważi qatel kwart mill-popolazzjoni tal-gżira, l-eruzzjoni kienet ikkawżat il-formazzjoni ta' sħab bit-trab, kif ukoll ċpar totali li deher minn bosta postijiet Ewropej u minn ċerti artijiet Afrikani u Asjatiċi, din in-nuqqas ta' viżibilità damet għal diversi xhur. L-Iżlanda għandha ħafna Gejżers, inkluż Geysir, minn fejn hija mnissla l-kelma Ingliża u l-famuż Strokkur li jiżbroffa kull 5-10 minuti. Wara fażi ta' inattività Geysir beda jerġa' jiżbroffa wara serje ta' terremoti li seħħew fis-sena 2000. Il-Gejżer ma baqax jiżbroffa regolarment wara l-jum meta seħħew it-terremoti.
 
[[FileStampa:Glacier Lake - Jökulsárlón Iceland 2003-08-31.jpg|thumb| Il-Lag Glaċjali - ta' Jökulsárlón fl-Iżlanda]]
== Klima ==
 
Il-klima tal-kosta Iżlandiża hija waħda oċeanika b'temperaturi sotto-polari. Il-kurrent Atlantiku tat-tramuntana huwa sħun, dan sabiex jiġu assigurati temperaturi annwali ogħla iktar minn bosta postijiet oħra li jinsabu fuq l-istess latitudni fid-dinja. Xi reġjuni fid-dinja li jipposjedu klima simili huma: l-gżejjer ta' ''Aleutian'', il-peniżola tal-Alaska u ''Tierra del Fuego'', minkejja l-fatt li dawn ir-reġjuni jinsabu viċin tal-ekwatur fejn it-tempertura għandha tkun ferm ogħla minn dik ta' pajjiżi Nordiċi bħalma huma l-Iżvezja u n-Norveġja. Minkejja l-prossimità tal-gżejjer mal-Artiku, il-kosti tal-gżejjer jibqgħu liberi mis-silġ matul l-istaġun tax-xitwa. L-inkursjonijiet tas-silġ huma rari, infatti l-aħħar waħda seħħet fuq il-kosta tat-tramuntana fl-1969.
 
Wieħed għandu mnejn jinduna bil-varjazzjonijiet li jeżistu fit-temperatura f'bosta partijiet differenti tal-gżira. Inġenerali, il-kosta tan-nofsinhar hija ferm iktar sħuna, umduża u bir-riħ minn dik tat-tramuntana. L-għoljiet ċentrali jistgħu jitqiesu bħala l-iktar partijiet kesħin tal-pajjiż. Dawk l-oqsma interni li jinsabu f'livell baxx fit-tramuntana huma meqjusin bħala l-iktar postijiet aridi. L-inżul tal-borra fix-xitwa huwa avveniment iktar frekwenti fit-tramuntana milli fin-nofsinhar. L-ogħla temperatura rreġistrata kienet ta' 30.5 &nbsp;°C fit-22 ta' Ġunju tal-1939 f'Teigarhorn li tinsab ħdejn il-kosta tan-nofsinhar-lvant. L-inqas temperatura rreġistrata fil-pajjiż kienet ta' 38 &nbsp;°C taħt iż-żero (−36.4 &nbsp;°F) fit-22 ta' Jannar tal-1918, f'''Grímsstaðir'' u f'Möðrudalur' fil-ħinterland tal-Grigal. It-temperaturi rrikordjati għal-lokalità ta' Reykjavík huma ta' 26.2 &nbsp;°C fit-tletin ta' Lulju tal-2008, u −24.5 &nbsp;°C fil-wieħed u għoxrin ta' Jannar tal-1918.
 
{{Infobox Temp
Linja 162:
|aċċess = }}
 
== Referenzi ==
{{Referenzi}}
 
Linja 176:
{{Link FA|es}}
{{Link FA|lmo}}
{{Link FA|pt}}
{{Link FA|vi}}