Ġlormu: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
m Robot: fr:Jérôme de Stridon is a featured article; kosmetiċi bidliet
Linja 28:
== Ħajja Monastika ==
 
Jingħad li qabel ma tgħammed Ġirolmu għadda xi żmien fin-namur ma' diversi xebbiet, iżda fl-istess żmien kellu xi ħbieb kompatrijotti tiegħu, bħal Bonosu, Rufinu u Eljodoru, li kienu jmorru miegħu kull nhar ta' Ħadd biex iżuru l-oqbra tal-[[Appostli]] u tal-[[Martri|martri]]. Kien f'din l-istess belt ta' [[Ruma]] li Ġirolmu tgħammed. Wara dan mar sa Treviri (Treves) fuq il-Moselle, mhux bogħod mill-fruntiera bejn il-[[Ġermanja]] u [[Franza]], bil-ħsieb li jsib xortih f'din il-belt imperjali. Bla ma stenna, iżda, sab ruħu f'ambjent li kien iħajjar lil dak li jkun għall-ħajja monastika ta' stil Orjentali, li hawnhekk kienet fl-aqwa tagħha. Hawn ukoll għamel xi żmien jikkopja x-xogħlijiet ta' [[Ilarju ta' Poitiers]].
 
Qrib is-sena 370 Ġirolmu reġa' lura lejn Stridonja ma' xi ħbieb tiegħu, bħal Bonosu, Rufinu, Evagriju, Eromazju u Eljodoru, u għex magħhom ħajja rtirata taħt id-direzzjoni tal-Isqof Valerjanu ta' Akwilea. Ġirolmu ddeskriva din il-ħajja monastika bħala ħajja tant armonika li kien iħossha daqs li kieku kienet ‘kor tal-henjin'.
Linja 84:
== San Ġlormu fl-Arti ==
 
Fl-arti, San Ġlormu ħafna drabi huwa rappreżentat bħala wieħed mill-erba' Dutturi Latini tal-Knisja flimkien ma' [[Santu Wistin]], [[Sant'Ambroġju]] u [[San Girgor il-Kbir]]. Billi għal xi żmien kien Segretarju tal-Papa, jiġi raffigurat anakronistikament bl-ilbies ta' [[Kardinal|kardinal]]. Anke meta jitpinġa bħala eremit nofsu mneżża', bis-salib, kranju u Bibbja, ma jonqosx il-kappell aħmar tal-kardinali jew xi sinjal ieħor kardinalizju. Spiss jiġi raffigurat ma' [[Iljun|ljun]], ħabba storja medjevali li tgħid li neħħa xewka minn sieq ta' ljun - Skont il-leġġenda, darba waqt li kien qed jgħallem daħallu ljun fil-klassi. Id-dixxipli kollha għosfru, iżda Ġlormu neħħielu xewka minn siequ u nfaxxahielu, u bħala ringrazzjament l-iljun baqa' miegħu ghal dejjem.- u ġieli ma' [[Kokka|kokka]] simbolu tal-għerf u l-istudju. L-istrumenti tal-kitba u t-tromba tal-ġudizzju finali huma wkoll parti mill-ikonografija tiegħu.
 
=== San Ġlormu tal-Caravaggio ===
Linja 103:
[[Kategorija:Dutturi tal-Knisja]]
[[Kategorija:Missirijiet tal-Knisja Kattolika]]
 
{{Link FA|fr}}