Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Papa Piju X"

37 bytes miżjuda ,  7 snin ilu
m
Robot: fi:Pius X is a featured article; kosmetiċi bidliet
m (Bot: Migrating 2 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q43739)
m (Robot: fi:Pius X is a featured article; kosmetiċi bidliet)
Il-'''Papa San Piju X''' ([[Latin]]: Pius PP. X) (2 Ġunju 1835 – 20 Awissu 1914), imwieled Giuseppe Melchiorre Sarto, kien il-257 [[Papa]] tal-[[Knisja Kattolika]], li serva bejn l-1903 u l-1914, wara [[Papa Ljun XIII]] (1878–1903). Kien Papa pastorali li ħeġġeġ il-qdusija personali u stil ta' ħajja li jirrifletti l-valuri Insara.
 
== Tfulija ==
Ġużeppi Sarto twieled fir-raħal ta’ Riese, fl-[[Italja]] ta’ fuq. Missieru kien iżżewweġ kbir meta kellu 43, iżda ommu kienet għadha fl-aħjar tagħha ta’ 22 sena. Wara sena kellhom tarbija iżda mietet għaxart ijiem wara. Wara kellhom tifel ieħor li semmewh Ġużeppi li twieled fit-2 ta’ Ġunju 1835 u għammduh l-għada. Margerita kellha tmint itfal oħra, żewġ subjien u sitt ibniet. Lil Ġużeppi laqqmuh “Bepi” u hekk baqgħu jsejħulu ħutu bejniethom anki meta kien Kardinal Patrijarka. Il-kappillan tar-raħal kellem lil tal-familja biex it-tifel ikompli jistudja. Ma sabux diffikultà ħlief li ma kellhomx flus. Irranġawlu li jmur Castel Franco.
== Kappillan f’Salzano (1867-1875) ==
Kien ordnat saċerdot fit-18 ta’ Settembru 1858. Dam ħafna kurat. Fl-aħħar, fit-14 ta’ Lulju 1867, bagħat għalih l-isqof u ħatru kappillan tal-parrocċa importanti ta’ Salzano b’elfejn ruħ u tliet kurati. Għamel pjan għall-appostolat tiegħu: l-ewwel
punt kien li kellu jżur kull familja, anki dawk li kienu Lhud u l-iktar lil dawk li kienu magħrufa bħala kontra l-Knisja. Fl-1873 faqqgħet il-kolera; il-kappillan baqa’ jdur bil-parruċċani tiegħu li ħadu din il-marda. Fix-xitwa tal-1868 beda skola
tal-Latin u tal-mużika sagra. L-ikbar taħbit il-moħħ li kellu kien għall-fqar. Kulma kien jiddobba: qamħ,injam, frott, kollox kien għalihom. Ġie li anki ddejjen minħabba fihom. Kien magħżul kap tal-Għaqda tal-Karità li kienet tieħu ħsieb 200 foqra fil-belt. Sena wara sar il-Kap tal-Kumitat tal-iskola.
== Isqof u Kardinal ==
Kien ikkonsagrat isqof ta’ Mantova fl-1884. Papa Ljun XIII ħatru Kardinal ta’ Venezja. F'din il-kariga wera kemm kien bniedem żelanti u ta' ħila amministrattiva.
== Papa ==
Fil-Konklavi tal-1903 Rampolla kien fuq quddiem nett iżda l-Awstrija użat il-veto tagħha kontrih u l-kardinali daru ghal Sarto. Aċċetta kontra qalbu u ħa l-isem ta’ Piju X.
=== Ir-Repubblika Franċiża ===
Ir-Repubblika Franċiża kienet qed tagħmel gwerra lill-Knisja. Il-gvern issoppressa l-ordnijiet reliġjużi, attakka l-edukazzjoni reliġjuża u fl-1905 filwaqt li attakka il-Konkordat, issepara l-Istat mill-Knisja u ħadilha l-proprjeta’ taghha. Piju X ma tax permess lill-Kattolici biex ikunu membri tal-assocjazzjonijiet imwaqqfa mill-gvern biex imexxu l-knejjes. Imma fl-ahhar il-gvern ceda xi ftit dawn ir-restrizzjonijiet u ghalkemm il-knisja ftaqret, kienet kapaci timxi 'l quddiem.
=== Moderniżmu ===
Xi qassisin kienu qed ixerrdu l-idea tal-Moderniżmu fil-Knisja. Bil-kitba tieghu “Pascendi” u “Lamentabilis” Piju X hadha qatta ba habel kontra l-Modernizmu u talab mis-sacerdoti gurament kontra l-moderniżmu.
=== Riformi ===
Bhala motto kellu “niggeddu fi Kristu”. U hu ghamel kull sforz biex jghix dak li jemmen. Irriforma l-muzika tal-knisja kif ukoll il-qorti papali u s-seminarji. Anke il-brevjar sab ir-riforma tieghu taht il-papat tieghu.
==== Kodiċi tal-Liġi Kanonika ====
Fl-1904 għamel biċċa xogħol kbira li kienet iżjed diffiċli. Din kienet il-kodifikazzjoni tal-liġijiet tal-Knisja. Piju X kellu moħħ organizzattiv. Dan kollu għen biex jagħti bidu għal din il-biċċa xogħol iebsa li r-riżultat tagħha tfaċċa tliet snin wara mewtu u li baqa’ jservi l-Knisja sal-Kodiċi ta' żmien Papa
Ġwanni Pawlu II.
==== L-Ewkaristija ====
Papa Piju X, minn rajh, biddel l-idea, li ftit jew wisq kienet Ġansenista, li minħabba fiha ħafna nies kienu jibżgħu jersqu għas-sagrament tat-tqarbin ta’ sikwit. Bl-awtorità tiegħu ħeġġeġ lin-nies li jersqu ghat-tqarbin ta’ spiss u anki ta’ kuljum, u ried ukoll li t-tfal jagħmlu l-ewwel tqarbina
malli jkollhom għaqal biżzejjed biex jagħrfu jiddistingwu l-ħobż ordinarju mill-Ewkaristija.
==== Il-Katekiżmu ====
Ħaġa oħra li ried il-Papa kienet li jirranġa l-istat tad-duttrina fil-parroċċi. Il-Papa nnifsu ħejja test ta’ Katekiżmu li kellu jintuża mal-Italja kollha u li ġie ppublikat sentejn
qabel ma miet.
==== Riforma tal-Mużika ====
Il-mużika sagra kien iħobbha minn mindu kien għadu seminarista. Malli laħaq Papa ntefa’ b’ruħu u b’ġismu għar-riforma tal-mużika. Għamel kulma seta’ biex iġedded il-mużika tal-Knisja. Il-motu proprju Tra le Solecitudini juri kemm ħadem għal dan il-għan.
 
== Mewt ==
Miet fl-20 ta’ Awwissu 1914. Papa Piju XII ikkanonizzah fid-29 ta’ Mejju 1954.
 
{{DEFAULTSORT:Piju X Papa}}
[[Kategorija:Qaddisin]]
 
{{Link FA|fi}}
11,982

modifiki