Michael Jackson: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
m Robot: fa:مایکل جکسون is a featured article; kosmetiċi bidliet
Linja 2:
'''Michael Joseph Jackson''' ([[29 ta' Awissu]] [[1958]] - [[25 ta' Ġunju]] [[2009]]), magħruf aħjar bħala '''Michael Jackson''', kien mużiċista mill-[[Stati Uniti|Istati Uniti]].
 
== Tfulija ==
Michael Joseph Jackson twieled f’Gary, Indiana, li jagħmel parti minn [[Chicago]] fl-Istati Uniti tal-[[Amerika]], f’familja ta’ ħaddiema. Il-ġenituri tiegħu, Joe u Katherine, it-tnejn Afro-Amerikani, iżżewġu fl-1949. Kellhom familja kbira ta’ disa’ ulied – tlett ibniet u sitt subien: Rebbie, Jackie, Tito, Jermaine, La Toya, Marlon, Michael, Randy u Janet. L-ewwel tmienja twieldu bejn l-1950 u l-1961. Janet ġiet ħames snin wara. Michael trabba bħala Xhud ta’ Ġehovah, setta Kristjana, minn ommu Katherine, mara devota ħafna.
 
Linja 10:
Iżda kien ukoll grazzi għal missieru li Michael u ħutu kisbu l-fama. Fil-ħamsinijiet hu kien idoqq l-R&B ma’ ħuh f’band, ''The Falcons'', li ma damitx wisq. Sakemm twieldet oħthom iż-żgħira, it-tliet subien il-kbar – Jackie, Tito u Jermaine – kienu diġà bdew il-grupp tagħhom. Michael u Marlon daħlu fih iktar tard. Missierhom ra opportunità ta’ karriera mużikali fihom li f’tiegħu ma rnexxietx u ma’ uliedu kien għalliem aħrax u kien iġegħilhom jippruvaw il-kanzunetta b’intensità kbira.
 
== ''Jackson 5'' ==
Meta Jackson kellu għaxar snin il-''Jackson 5'' diġà kienu jdoqqu fuq livell professjonali u jduru l-klabbs. Hu beda jkanta magħhom minn mindu kellu sitt snin. Ta’ tmien snin sar il-kantant ewlieni flimkien ma’ ħuh Jermaine. F’wieħed minnhom rahom il-produttur Bobby Taylor lil ħeġġeġ lil Motown biex jagħmel kuntratt magħhom. Berry Gordy, il-fundatur ta’ Motown, kien qal li huma kienu l-aħħar stilel li ħadem magħhom. Gordy iktar tard sar il-kunjatu ta’ Jermaine ukoll.
 
Linja 19:
F’dawk iż-żminijiet Michael diġà kien beda jispikka. Il-produtturi tal-Epic Records, Gamble u Huff, jiftakruh jieħu interess fl-irrekordjar tat-teknoloġija u kif jinstema’. Għalihom li fl-1979 ħareġ għal rasu Off the Wall ma’ Quincy Jones bħala produttur kienet mossa tajba.
 
== Lejn il-quċċata tal-karriera mużikali ==
B’‘Off the Wall’ ma’ [[Quincy Jones]] biegħ 20 miljun kopja madwar id-dinja u permezz tiegħu Jackson rebaħ tliet premji importanti. Minkejja s-suċċes il-kantant ħass li xorta seta’ jagħmel ħoss akbar.
 
Linja 29:
Fl-1988 ħareġ l-ewwel awtobijografija tiegħu: ‘Moon Walk’ li ħadet erba’ snin biex titlesta. Il-laqam King of Pop ingħatalu fl-1989 minn ħabibtu l-attriċi Liz Taylor meta kien qed jagħmel ħafna flus mill-bejgħ tal-albums biss.
== Il-kulur tal-ġilda u operazzjonijiet ==
Jingħad li l-ewwel operazzjoni li għamel kien f’imnieħru meta kellu xi għoxrin sena wara li kissru waqt li kien jiżfen. L-operazzjoni ma kinitx ta’ suċċess għax baqa’ jbati bi problemi tan-nifs. Għalhekk baqgħu jsirulu l-operazzjonijiet fuq imnieħru.
Wara saret anki bidla f’geddumu, fil-forma tax-xagħar t’għajnejh, f’xufftejh u ħalqu u li hu jgħid li kienu riżultat tal-pubertà, telf ta’ piż, dieta stretta, bidla fl-istil tax-xagħar u dwal fuq il-palk.
Linja 35:
Ħafna jsostnu li l-kantant għamel operazzjoni kożmetika biex jiċċara l-ġilda għalkemm hu jsostni li l-kulur tal-ġilda nbidel minħabba l-marda vitilgo li qabditu fl-1986 li hi marda kronika li biha l-ġilda tiċċara (depigmentation) u li għamlitu sensittiv għax-xemx.
 
== Mewtu ==
Lisa-Marie Presley li għamlet sentejn miżżewġa ma’ Jackson qalet li hu kien jaf li ħajtu se tintemm bħal ta’ missierha [[Elvis Presley]], li wkoll kien miet b’attakk f’qalbu tort ta’ pilloli preskritti iżda fl-età ta’ 42 sena.
Linja 51:
 
{{Link FA|en}}
{{Link FA|fa}}