Marie Louise Coleiro Preca: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 32:
Anzjani, u
Ħarsien fil-Komunità.
 
Matul is-sena li kienet fil-kariga Ministerjali hija bdiet sensiela ta’ riformi u tiżviluppa għadd ta’ strateġiji fis-settur soċjali. Fost ir-riformi ewlenin li saru tul il-ħidma Ministerjali tagħha kien hemm dik fil-qasam tal-housing soċjali, strateġija integrata tal-informatika li qed tħaffef il-proċessi fl-għoti
tal-benefiċċji. Tant li sa’ l-aħħar tas-sena 2014, dawk li jaslu għall-eta’ ta’ l-irtirar, dawk li jkunu eliġibbli għal marriage grant, dawk li jieħdu l-pensjoni tar-romol u cchildren’s allowance, se jingħatawlhom mingħajr il-ħtiega ta’ ħafna proċeduri u telf ta’ ħin.
 
Tat bidu għall-ħidma b’rabta mal-introduzzjoni tas-single means testing mechanism, kif ukoll għal riforma sħiħa fil-qasam tal-welfare u għal sistema aktar effettiva kontra l-frodi tal-benefiċċji soċjali.
 
Matul it-tnax-il xahar ta’ ħidma bħala Ministru ngħata bidu għall-iżvilupp tal-istrateġija għas-sostennibilita’ u l-adegwetezza tal-pensjonijiet. Ħadmet biex jiġu indirizzati lanomaliji fil-pensjonijiet tal-ex-ħaddiema tat-Tarzna. Introduċiet għadd ta’ miżuri bħal l-għoti tal-pensjoni sħiħa lir-romol li jkunu jaħdmu u l-għoti tac-children’s allowance antiċipat biex għenet f’budgeting aħjar fil-familji.
 
Bħala Ministru, Coleiro Preca ipproniet diversi leġislazzjonijiet quddiem il-Parlament, fosthom l-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal li se jkun parti mill-Att dwar it-Tfal. Waqqfet ukoll is-SART (Sexual Assault Response Team), fejn għall-ewwel darba hemm post wieħed minn fejn vittmi ta’ stupru jirċievu s-servizzi kollha, taħt saqaf wieħed.
 
F’Diċembru tal-2013, flimkien mal-Kummissarju Ewropew għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni László Andor, Coleiro Preca niedet il-proġett LEAP. Dan il-proġett ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew qed jara t-twaqqif taċ-Ċentri għar-Riżorsi tal-Familja li se jipprovdu servizzi fil-qalba tal-komunitajiet.
 
F’Jannar 2014, flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat, Coleiro Preca niedet Green Paper:
Struttura Għal Tnaqqis fil-Faqar u Għal Inklużjoni Soċjali. Bħala parti mill-ħidma tagħha biex tindirizza l-faqar u l-esklużjoni soċjali, introduċiet għajnuna supplimentari għall-ulied, fejn se jibbenefikaw madwar 22,000 tifel u tifla.
 
=== President ta' Malta ===