Derry: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
'''Derry''' hija belt fl-[[Irlanda ta' Fuq]], u t-tieni waħda fil-kobor wara l-kapitali [[Belfast]]. Illum tgħodd madwar 84 elf ruħ, il-parti l-kbira ta' fidi kattolika. Derry hija uffiċjalment ukoll magħrufa bħala '''Londonderry''', liema isem jirreferu għaliha l-Protestanti. Ix-xmara Foyle tgħaddi min-nofs il-belt, u hija l-aktar xmara li tnixxi b'saħħitha fl-Ewropa, tant li hija perikoluża ħafna u mhux tajba għall-għawm. Żewġ pontijiet ewlenin jgħinu sabiex jaqsam ix-xmara, il-Pont Craigavon u l-Pont Foyle.
 
L-aktar post li jispikka huwa Bogside, in-naħa repubblikana tal-belt, li tridjemmnu li l-belt għandha tingħaqad mar-[[Repubblika ta' l-Irlanda]]. Hawn kien il-post fejn saru rvellijiet u ġlied kbir fl-hekk imsejjaħ ''Bloody Sunday'' tal-1972.
 
Il-belt hija l-ewwel waħda ppjanata fuq sistema ta' gradilja fl-Irlanda, u l-ħitan tagħha bdew jinbnew fl-1613. Huma qatt ma ġew mirbuħa u għaldaqstant Derry hija mlaqqma' ''The Maiden City''. F'dawn l-aħħar snin kien hemm ħafna tibdil fl-amministrazzjoni.