Kon-Katidral ta' San Ġwann: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 9:
Kif it-tbexbix tas-seklu 17 daħħal l-istil Barokk ġdid, il-[[Gran Mastru Cotoner]] ordna d-dekorazzjoni tal-knisja minn ġewwa. Il-[[Kavallieri]] kienu ħerqana li jħabbtuha mal-knejjes kbar ta' [[Ruma]] u l-karattru pompuż u dimostrattiv tal-era tahom materjal kemm riedu biex jagħmlu dan. L-artist Kalabriż Mattia Preti, li kien ikkummissjonat b'dan ix-xogħol, bidel ġewwa f'ċelebrazzjoni ta' arti Barokka. Huwa l-kuntrast bejn il-faċċata sempliċi u sobrija tal-binja mal-karattru festiv ta' ġewwa li jagħmel lil San Ġwann monument daqstant uniku.
 
Il-Gran Mastru [[Manuel Pinto da Fonseca]] għamel donazzjonijiet sostanzjali lill-Knisja Konventwali tal-Ordni, fosthom żewġ qniepen kbar u tqal fonduti mill-Mastru Funditur tal-Ordni, Aloisio Bouchut, fl-1747 u fl-1748; dawn għadhom indendlin fil-kampnari tal-Kon-Katidral. Dawn il-qniepen ġew fonduti mill-bronż ta' żewġ bażiliski li ħallew warajhom it-Torok fl-assedju tal-1565.
 
 
Fis-seklu 19 il-kappella tal-Lingwa Franċiża kienet il-vittma ewlenija tal-fanatiċiżmu tal-grupp artistiku li kien iġib l-isem Nazarene, li kien jaspira biex jirriforma l-arti Kristjana u jħassar għalkollox il-memorja tal-fjoritura Barokka ta' qablu. San Ġwann tħalla f'idejn [[Giuseppe Hyzler]] (1787-1858), il-mexxej ewlieni lokali tal-moviment. B'zelu riformista kbir, beda biex neħħa mill-Kappella Franċiża dak li forsi kien l-aktar altar artistikament interessanti f'San Ġwann. Taħt id-direzzjoni tiegħu saħansitra l-monumenti sepulkrali fil-kappella kellhom jgħaddu minn tibdil u diġà kienet saret xi ħsara lill-monument tal-[[Gran Mastru de Rohan]] meta protesta qawwija fis-sajf tal-[[1840]] wasslet biex l-awtoritajiet waqqfu dan l-attakk.