Marie Louise Coleiro Preca: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
Marie-Louise Coleiro-Preca hija Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali attwali u Deputat [[Partit Laburista (Malta)|Laburista]] fil-Parlament Malti. Fl-4 ta' Marzu 2014 il-Prim Ministru [[Joseph Muscat]] innominaha bħala d-disa' [[President ta' Malta|President tar-Repubblika]], u se tkun it-tieni mara f'din l-ogħla kariga tal-pajjiż, u l-iżgħar President fl-età, 55 sena. F'April 2014 mistennija tieħu l-ħatra wara li jkun għadda l-vot mill-Parlament.
 
Twieldet fl-1958 f’[[Ħal Qormi]]. Bint Anthony Coleiro, għalliem, u Judith imwielda Sammut, kienet l-ewwel wild fost sitt ulied. Hija kisbet Baċellerat fl-Istudji Legali u Umanistiċi u gradwat bħala Nutar Pubbliku mill-Università ta’ Malta. Bdiet l-attività fil-volontarjat fl-Azzjoni Kattolika f’Ħal Qormi fl-età ta’ 13-il sena, filwaqt li kienet PRO tal-Union tal-istudenti tal-Polytechnic fl-età ta’ 16-il sena.
Linja 7:
Bdiet l-attività politika tagħha meta kellha 16-il sena. Okkupat diversi karigi fi ħdan il-Partit Laburista, fosthom bħala: membru elett tal-Eżekuttiv Nazzjonali, membru fil-Bureau Nazzjonali tal-Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti, Assistenta Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista, Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista, membru fundatur tal-Fondazzjoni Ġuże’ Ellul Mercer, Stampatur tal-Ġurnal tal-Partit Laburista ''Il-Ħelsien'', President tal-Għaqda Nisa Laburisti u mill-1998 Membru Parlamentari Laburista.
Kienet ukoll attiva fi ħdan il-General Workers Union bħala membru fil-Kunsill Nazzjonali tal-Għaqda Ħaddiema Żgħażagħ u Rappreżentanta tal-Partit Laburista fil-Kunsill Nazzjonali tal-GWU. Marie-Louise Coleiro hija omm Angie, u hija miżżewġa lil Edgar Preca.
 
Nhar il-5 ta' Ġunju 2008 Coleiro Preca ikkontestat mingħajr suċċess għall-ħatra ta' Mexxej ġdid tal-Partit Laburista wara r-riżenja ta' [[Alfred Sant]]. 435 minn 879 delegat ivvutaw għal [[Joseph Muscat]]. [[George Abela]] kiseb 200 vot. [[Michael Falzon]], [[Evarist Bartolo]] u Marie Louise Coleiro Preca kisbu 181 vot, 32 vot u 26 vot rispettivament.
Linja 35:
== Ħajja Personali ==
 
Hija miżżewġa lil Edgar Preca u għandha tifla, Angie.
 
== Ħoloq Esterni ==