Wikipedija:Dwar: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
'Www.wikipedia.org_screenshot.png' -> 'Www.wikipedia.org screenshot 2013.png' using GlobalReplace v0.2a - Fastily's PowerToys: 2013 version (feel free to revert if you disagree)
Paġna żvojtata
Linja 1:
{{dablink|Din hija introduzzjoni għal proġett tal-Wikipedija għal viżitaturi. Hemm ukoll artiklu dwar l-enċiklopedija [[Wikipedija|hawnhekk]].}}
[[Image:Www.wikipedia.org screenshot 2013.png|thumb|300px|Is-sit elettroniku wikipedia.org, il-paġna prinċipali tal-Wikipedija għal kull lingwa.]]
Il-'''Wikipedija''' ({{pronING|ˌwiːkiˈpiːdiə}} jew {{IPA|/ˌwɪkiˈpiːdiə/}}) huwa proġett [[enċiklopedija|enċiklopediku]] b'[[kontenut ħieles]] li huwa [[World Wide Web|bbażat fuq websajt]] [[Multilingwaliżmu|multilingwali]]. L-isem Wikipedija huwa kumbinazzjoni tal-kliem ''[[wiki]]'' (tip ta' sit elettroniku kollaborattiv) u ''[[enċiklopedija]]''. L-artikli tal-Wikipedija jipprovdu ħoloq biex jigwidaw 'l utent lejn paġni relatati b'aktar informazzjoni.
 
Il-Wikipedija hija [[Kitba kollaborattiva|miktuba kollaborattivament]] minn [[voluntier]]i minn madwar id-dinja. Mill-ħolqien tagħha fl-2001, il-[[Wikipedija]] kibret malajr fl-[[w:Wikipedia:Size of Wikipedia|akbar]] [[sit elettroniku]] ta' referenza, li tiġbed lejha mill-inqas [http://siteanalytics.compete.com/wikipedia.org?metric=uv 684 miljun viżitatur] kull sena sal-2008. Hemm aktar minn [http://en.wikipedia.org/wikistats/EN/TablesWikipediansEditsGt5.htm 75,000 kontributur attiv] li jaħdmu fuq aktar minn [[meta:List of Wikipedias#Grand Total|10,000,000 artiklu]] f'aktar minn [[Special:SiteMatrix|250 lingwa]]. Bħalissa hemm {{NUMBEROFARTICLES}} artiklu bil-[[Lingwa Maltija|Malti]]; kuljum [http://www.wikipedia.org/wikistats/EN/TablesUsageVisits.htm mijiet ta' eluf] ta' viżitaturi minn madwar id-dinja jagħmlu eluf ta' modifiki u joħolqu eluf ta' artikli ġodda biex iżidu mal-għerf miġbura mill-enċiklopedija tal-[[Wikipedija]]. ''(Ara wkoll:[[Wikipedija:Statistiċi]]).''
 
Dawk li jżuru l-Wikipedija m'għandhomx bżonn ikollhom xi kwalifikazzjonijiet speċjali sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom, minħabba li l-irwol ewlieni tagħhom huwa li jiktbu artikli fuq dak li hu diġà magħruf; dan ifisser li kull persuna ta' kull żmien, u minn kwalunkwe sfond kulturali u soċjali tista' tikteb artikli fuq il-Wikipedija. Ħafna mill-artikli jistgħu jiġu modifikati minn kulħadd b'aċċess għall-[[internet]], sempliċiment billi jagħfas il-[[Hyperlink|ħolqa]] "editja". Kulħadd hu mistieden biex iżid informazzjoni, referenzi u ċitazzjonijiet, sakemm dawn ikunu fl-ispirtu tal-[[Wikipedija:Politika u linji gwida|politika tal-immodifikar]] tal-Wikipedija u huma ta' standard xieraq. Informazzjoni li mhijiex ta' standard jew li hi kontroversjali aktarx tiġi mneħħija. L-utenti m'għandhomx jinkwetaw jekk jagħmlu żball b'aċċident meta jkunu qegħdin iżidu jew itejbu l-informazzjoni fuq il-Wikipedija, billi modifikaturi oħrajn huma dejjem hemm biex jagħtu parir jew jirranġaw żbalji ovvji, u s-software tal-Wikipedija huwa ddisinjat apposta biex l-iżbalji ta' modifikar ikun jistgħu jiġu rranġati bla tbatija.
 
Billi l-[[Wikipedija]] huwa proġett miftuħ, teknikament kulħadd jista' jagħmel kontribuzzjoni, u għalhekk hu differenti minn sorsi oħra ta' referenza li huma stampati b'modi importanti. Partikularment, artikli antiki jkunu aktar kompluti u bilanċjati, waqt li artikli ġodda spiss ikun fihom informazzjoni ħażina, kontenut mhux enċiklopediku, jew [[Wikipedija:Vandaliżmu|vandaliżmu]]. L-utenti jridu joqgħodu attenti għal dan sabiex ikunu jistgħu jġibu informazzjoni valida u tiġi evitata informazzjoni ħażina li ġiet miżjuda riċentament u għad ma ġietx imneħħija. Minkejja dan, il-Wikipedija qegħdha tiġi kontinwament aġġornata mhux bħal sors ta' referenza stampat, b'ħolqien u aġġornament ta' artikli fuq ġrajjiet topikali bir-rata ta' sekonda, minuti jew sigħat, aktar milli xhur jew snin kif issir f'enċiklopediji stampati.
 
Aħna nistiednuk li tieħu ftit ħin biex taqra [[Wikipedija:X'mhix il-Wikipedija|x'inhi l-Wikipedija (u x'mhix)]], biex tkun taf kif għandhek tikkonsulta u tikkontribwixxi fil-Wikipedija. Aktar informazzjoni fuq is-suġġetti prinċipali tinsab hawn taħt. Jekk inti mintix issib dak li qiegħed tfittex, ipprova:
 
'''[[Wikipedija:Mistoqsijiet rikorrenti|L-aktar mistoqsijiet frekwenti]]''', '''[[Wikipedija:Avviż għall-ġenituri|avviż għall-ġenituri]]''', jew ara '''[[Wikipedija:Mistoqsijiet|fejn għandek tistaqsi mistoqsijiet]]'''.
Għal għajnuna bil-modifiki u affarijiet oħrajn, ara ''[[Għajnuna:Kontenut]]''.
 
==Dwar il-Wikipedija==
===Storja tal-Wikipedija===
{{artiklu prinċipali|Storja tal-Wikipedija}}
Il-[[Wikipedija]] kienet kontinwazzjoni ta' [[Nupedija]], proġett li issa huwa abbandunat biex joħloq enċiklopedija ħielsa. Nupedija kella sistema elaborattiva ta' [[reviżjoni ta' impar]] u kellha bżonn kontributuri kwalifikati mhux ħażin, iżda l-kitba tal-artikli kienet bil-mod ħafna. Waqt is-sena 2000, [[Jimmy Wales]], il-fundatur tal-Nupedija, u [[Larry Sanger]], li kien impjegat minn Wales biex jaħdem fuq il-proġett, iddiskutew modi sabiex Nupedija jkollha proġett komplimentarju li jkun aktar miftuħ. Ħafna sorsi ġew suġġeriti għall-idea ta' [[wiki]] li jħalli membri tal-pubbliku li jagħti kontribuzzjoni ta' materjal, u b'hekk l-ewwel wiki tal-Nupedija mar fuq l-internet fil-[[10 ta' Jannar]].
 
Kien hemm reżistenza kunsiderabbli min-naħa ta' modifikaturi tan-Nupedija u r-revedituri għall-idea li Nupedija ssir websajt fil-format ta' wiki, għalhekk il-proġett il-ġdid ingħata l-isem ta' "Wikipedija" u ngħata dominazzjoni għalih, wikipedia.com, fil-[[15 ta' Jannar]] (magħrufha issa bħala "[[Wikipedija:Il-ġurnata tal-Wikipedija|il-ġurnata tal-Wikipedija]]" minn ċerta utenti). Il- [[bandwidth]] u s-[[server (informatika)|server]] (f'San Diego) ġew mogħtija lil Wales. Impjegati passati u kurrenti oħrajn ta' [[Bomis]] li ħadmu fuq il-proġett jinkludu [[Tim Shell]], wieħed mill-fundaturi ta' Bomis, l-uffiċċjal kap eżekuttiv kurrenti, u l-programmatur Jason Richey. Id-dominazzjoni kienet eventwalment modifikata għal dik preżenti wikipedia.org meta l-[[Fondazzjoni Wikimedia]] ta' bla profitt kienet fundata bħala l-organizzazzjoni suprema tagħha, b'hekk id-dominazzjoni .org kellha tintuża' biex turi n-natura mhux kummerċjali tagħha. F'[[Marzu]] [[2007]], il-kelma ''wiki'' saret kelma Ingliża aċċettata.
<ref>{{Ċita web|url=http://www.oed.com/help/updates/Prakrit-prim.html |titlu=Quarterly update to OED online: New edition: Prakrit to prim |editur=Oxford English Dictionary |data=15-03-2007 |lingwa=Ingliż }}</ref>
 
F'[[Mejju]] tal-[[2001]], Wikipediji mhux Ingliżi ġew mibdija - bil-[[Lingwa Katalana|Katalan]], iċ-[[Lingwa Ċiniża|Ċiniż]], l-[[Lingwa Olandiża|Olandiż]], l-[[Esperanto]], il-[[Lingwa Franċiża|Franċiż]], il-[[Lingwa Ġermaniża|Ġermaniż]], l-[[Lingwa Ebrajka|Ebrajk]], it-[[Lingwa Taljana|Taljan]], il-[[Lingwa Ġappuniża|Ġappuniż]], il-[[Lingwa Portugiża|Portugiż]], ir-[[Lingwa Russa|Russu]], l-[[Lingwa Spanjola|Ispanjol]], u l-[[Lingwa Żvediża|Iżvediż]]; lingwi oħra li segwew wara jinkludu dawk bl-[[Lingwa Għarbija|Għarbi]] u l-[[Lingwa Ungeriża|Ungeriż]].<ref>{{Ċita web |url=http://www.wikipedia.org/wiki/Wikipedia:Announcements_May_2001 |titlu=Wikipedia announcements — May 2001|lingwa=Ingliż}}</ref> F'[[Settembru]],<ref>{{Ċita web |url=http://www.wikipedia.org/wiki/Wikipedia:Announcements_September_2001 |titlu=Wikipedia announcements — September 2001 |lingwa=Ingliż}}</ref> Il-[[Lingwa Polakka|Polakk]] kien miżjud u aktar importanza ngħatat lill-proviżjoni multilingwali tal-Wikipedija. Fl-aħħar tas-sena, il-verżjonijiet bl-[[Lingwa Afrikaans|Afrikaans]], bin-[[Lingwa Norveġiża|Norveġiż]], u bis-[[Lingwa Serbokroazzjana|Serbokroazjan]] kienu nbdew. Il-verżjoni Maltija bdiet fis-seħħ f'[[Settembru]] [[2004]].
 
===Trejdmarks u proprjeta letterarji===
Il-[[Wikipedija]] hija [[trejdmark]] reġistrata tal-[[Fondazzjoni Wikimedia]] ta' [[bla profitt]], li ħolqot familja sħiħa ta' [[m:Complete list of Wikimedia projects|proġetti]]. Fuq dawn il-proġetti kollha inti merħba li [[Wikipedija:Kun qalbieni|tkun qalbieni]] u tagħmel modifiki fl-artikli, fejn iżżid mal-għarfien b'mod kollaborattiv.
 
Kull kelma fil-Wikipedija, u ħafna stampi u kontenut ieħor huwa koperti mil-[[Liċenzja ta' dokumentazzjoni ħielsa GNU]] (GFDL). Kontribuzzjonijiet jibqgħu proprjeta tal-kreaturi, iżda fl-istess ħin il-liċenżja GFDL tagħmel żgur li l-kontenut huwa distributtiv u riproduċibbli. (Ara l-[[Wikipedija:Proprjeta letterarja|avviż tal-proprjeta letterarja]] u ċ-[[Wikipedija:Ċaħda fuq il-kontenut|ċaħda fuq il-kontenut]] għal aktar informazzjoni.)
 
===Kontributuri tal-Wikipedija===
{{artiklu prinċipali|Wikipedija:Wikipedjani}}
Kwalunkwe persuna li għandu aċċess għall-internet jista' jagħmel modifiki fuq Wikipedija, u dan il-ħelsien jagħti spinta ta' inklussività ta' ammont kbir ta' kontenut. Hemm {{NUMBEROFUSERS}} utenti - minn skolari esperti għal qarrejja każwali - jagħmlu modifiki fuq il-Wikipedija, u dawn l-edituri esperjenzati ta' spiss jgħinu fil-ħolqien ta' stil konsistenti fl-enċiklopedija, skont il-[[Wikipedija:Manwal tal-istil|Manwal tal-istil]].
 
Fi ħdan il-Wikipedija hemm bosta mezzi sabiex jgħinu membri tal-Wikipedija jagħmlu xogħol importanti fil-bini tar-riżorsi ta' kwalità għolja filwaqt li jżommu ċ-[[Wikipedija:Ċivili|ċivilità]]. Modifikaturi jkunu jistgħu [[Special:Lista t'osservazzjoni|josservaw paġni]], u dawk tekniċi jkunu jistgħu jiktbu programmi biex iżommu reġistru u mezz biex jikkoreġġu il-modifiki ħżiena. Hemm {{NUMBEROFADMINS}} amministraturi b'kollox u dawn għandhom poteri speċjali sabiex jagħmlu żgur li jinżamm livell ta' dixxiplina skont il-gwida u politika tal-Wikipedija. Fejn ma jkunx hemm qbil dwar kif il-fatti għandhom jiġu murija, modifikaturi jaħdmu flimkien biex jaslu għal artiklu li jirrapreżenta l-opinjoni esperta kurrenti fuq is-suġġett. Edituri li ma jaħdmux ma' oħrajn b'mod ċivili jistgħu jiġu mkeċċija temporanjament jew għal dejjem milli jkunu jistgħu jagħmel modifiki fil-Wikipedija minn amministratur.
 
Għalkemm is-sit huwa tal-Fondazzjoni tal-Wikimedia, hija fil-biċċa l-kbira mhux involuta fil-kitbiet tal-artikli u fit-tmexxija tas-sit.
 
===Il-Fondazzjoni Wikimedia===
{{Artiklu prinċipali|Fondazzjoni Wikimedia|m:Main Page}}
Il-'''Fondazzjoni Wikimedia, Inc.''' hija [[organizazzjoni tal-karità]] [[bla profitt]] li ġiet fondata f'[[San Pietruburgu, Florida|San Pietruburgu]], [[Florida]], fl-[[Stati Uniti|Istati Uniti]] fl-2002, u għandha l-kwartieri tagħha f'[[San Francisco, California]]. Il-Fondazzjoni taħdem bħala paraventu legali għall-Wikipedija u l-proġetti subordinati kollha relatati, u hija s-sid ta' kull [[trejdmark]] u [[drittijiet tal-propjetà intelletwali]] tal-Wikipedija. Kważi kull funzjoni huma meħuda mill-voluntieri ġewwa l-komunità tal-Wikipedija, supplementata minn ftit ħaddiema mħallsa, Bord tal-Avviżi ta' madwar 15-il individwu espert, u l-Bord tal-[[Kuraturi]]. Diviżjonijiet tal-Fondazzjoni jeżistu u huma miżjuda b'manjiera kurrenti, f'numru ta' pajjiżi, li jagħtu importanza 'l informazzjoni referenzata, pubblikazzjoni, fondi, u proġetti oħrajn speċifiċi mal-lokazzjoni.
 
Fil-livell ta' proġett, il-fondazzjoni tidderieġi l-politika globali, drawwiet u faċilitajiet tal-Wikipedija f'kull lingwa u l-proġetti tagħha, tipprovdi dħul legali u propjetà intelletwali kif rikjest, u hija formalment responsabbli għall-iżvillup tas-software b'[[sors miftuħ]] tal-Wikipedija ([[Mediawiki]]) waqt li r-rikjesti jinbidlu.
 
Fid-dawl tas-skop tagħha li toħloq materjal ta' referenza b'xejn għal kull persuna, il-fondazzjoni tħaddem ukoll [[m:Main Page|Metawiki]] fejn affarijiet relatati ma' kull proġett, diskussjonijiet globali jiġu diskussa, u politiki globali jiġu formalment dokumentati u żviluppati, u [http://meta.wikimedia.org/wiki/Proposals_for_new_projects inkubatur] għal proġetti ġodda u lingwi ġodda, sabiex tħaffef l-iżvillup tagħhom fl-istadji bikrin. Minn [[Awwissu]] [[2007]] hemm madwar 100 proġetti ta' referenza ġodda f'bosta stadji ta' żvillup li nbeda minn membri tal-Wikipedija u kommunitajiet relatati.
 
====Impjegati====
: [http://upload.wikimedia.org/wikipedia/foundation/4/4c/Wikimedia_Foundation_Org_Chart_January_2008.pdf Jannar 2008 Mudell tal-impjegati tal-Organizzazzjoni tal-Wikimedia]
:[http://lists.wikimedia.org/pipermail/foundation-l/2008-January/037383.html Jannar 2008 Deskrizzjonijiet tal-impjegati tal-Organizzazzjoni tal-Wikimedia]
 
Il-funzjonijiet tal-Fondazzjoni Wikimedia kienu, għal l-ewwel ftit snin, totalment imwettqa mill-voluntieri. Fir-rebbiegħa tal-2005, il-fondazzjoni kellha biss żewġ impjegati, Danny Wool u Brion Vibber. Għalkemm in-numru ta' impjegati kiber, ħafna mix-xogħol baqa' jiġi mwettaq mill-voluntieri, filwaqt li l-fondazzjoni għandha biss ftit impjegati.
 
Fis-[[16 ta' Ġunju]], [[2006]], Brad Patrick, li qabel kien [[Prokuratur legali|prokuratur]] li kien għamel ftit xogħol [[pro bono]] mal-fondazzjoni fil-bidu tal-ħarifa tal-2005, inħatar [[avukat ġenerali]] u interim [[uffiċċjal kap eżekuttiv|direttur eżekkutiv]]. Patrick kelli l-kariga li jassisti l-bord fit-tfittxija għal direttur eżekuttiv permanenti.<ref>{{Ċita web|url=http://wikimediafoundation.org/wiki/Press_releases/Wikimedia_Foundation_Announces_Interim_Executive_Director|titlu=Wikimedia Foundation press release|data=12-06-2006|editur=Wikimedia Foundation|lingwa=Ingliż}}</ref>
 
Mill-[[4 ta' Ottubru]], [[2006]], Il-Fondazzjoni tal-Wikimedia kellha ħames impjegati mħallsin: żewġ programmaturi (maniġer tas-software Brion Vibber f'California u l-amministratur tas-server Chad Perrin f'[[Tampa]]); "biex tirrispondi it-telefons", l-assistenta amministrativa Barbara Brown; għal ġbir ta' fondi u donazzjonijiet, Danny Wool, u biex jidderieġi, interim direttur eżekuttiv Brad Patrick.
 
Mit-[[8 ta' Diċembru]], [[2006]], il-lista tal-uffiċjali kurrenti tal-Fondazzjoni tal-Wikimedia semmiet tliet kontraturi tekniċi independenti oħrajn (Kyle Anderson li huwa minn Tampa bħala maniġer tal-hardware li jaħdem fuq bażi ''part-time'', Tim Starling bħala żvillupatur tas-software MediaWiki li jaħdem fuq bażi ''full-time'' , u Mark Bergsma bħala koordinatur tan-networking li jaħdem fuq bażi ''part time'').
 
Brad Patrick waqaf l-attività tiegħu bħala interim direttur f'Jannar 2007 imbgħad irreżenja mill-pożizzjoni tiegħu bħala prokuratur legali f'April 2007.
 
F'[[Jannar]] [[2007]], Carolyn Doran inħatret [[Kap Uffiċjal Operattiv]] u Sandy Ordonez saret [[foundation:Communication Manager|Maniġer tal-Kommunikazzjoni]].<ref>{{Ċita web | titlu = Current staff from the Wikimedia Foundation | editur = The Wikimedia Foundation | url = http://wikimediafoundation.org/wiki/Current_staff | aċċess = 08-12-2006 |lingwa=Ingliż}}</ref> Doran beda jaħdem fuq bażi ''part-time'' fil-qasam tal-finanzi għal fondazzjoni fl-2006 wara li kien intbgħat minn [[Xogħol temporanju|aġenzija temporanja]].
 
Danny Wool, uffiċjalment il-koordinatur tad-donazzjonijiet iżda involut bil-kbir fil-ġbir ta' fondi u żvillup kummerċjali, irreżenja f'Marzu 2007. F'April 2007, il-fondazzjoni żiedet pożizzjoni ġdida dik ta', Koordinatur tal-Kapitlu, u inħatret Delphine Ménard, f'din il-pożizzjoni li qabel kienet [[foundation:Volunteer Coordinator|Koordinatur tal-Voluntieri]], sabiex tieħu din il-pożizzjoni. Cary Bass inħatret biex tieħu post Ménard.
 
F'[[Mejju]] [[2007]], Vishal Patel ġie impjegat sabiex jassisti fl-iżvillup kummerċjali.<ref>{{Ċita web | titlu = Current staff from the Wikimedia Foundation | editur = The Wikimedia Foundation | url = http://wikimediafoundation.org/wiki/Current_staff | aċċess = 23-04-2007 |lingwa=Ingliż}}</ref>
 
F'[[Lulju]] [[2007]], [[Mike Godwin]] ġie impjegat bħala prokuratur legali u koordinatur legali.<ref>[http://lists.wikimedia.org/pipermail/foundation-l/2007-July/031128.html Messaġġ mil-lista tal-posta]</ref> Fl-istess xahar, Carolyn Doran telqet minn KUO <ref>http://wikimediafoundation.org/w/index.php?title=Current_staff&diff=21563&oldid=21560</ref> u [http://wikimediafoundation.org/wiki/User:Sgardner Sue Gardner] ġiet impjegata bħalha konsulenta speċjali. In-numru ta' membri uffiċjali li kienu qegħdin fuq bażi ''full-time'', wara dawn il-ħattriet, kien għadu inqas minn għaxra.<ref>{{Ċita web | titlu = Current staff from the Wikimedia Foundation | editur = The Wikimedia Foundation | url = http://wikimediafoundation.org/wiki/Current_staff | aċċess = 11-07-2007 |lingwa=Ingliż}}</ref>
 
F'[[Diċembru]] [[2007]], fi stqarrija minn ''[[The Register]]''<ref>{{Ċita aħbar |l-ewwel=Cade |l-aħħar=Metz |titlu=Wikipedia COO was convicted felon |url=http://www.theregister.co.uk/2007/12/13/wikimedia_coo_convicted_felon/ |data=13-12-2007 |aċċessdata=2007-12-27 |lingwa=Ingliż}}</ref> li Carolyn Doran li kienet KUO kienet ħatja ta' delitt kriminali, u kienet arrestata waqt li kienet qegħda ssuq taħt l-influwenza tal-alkohol waqt l-impjieg tagħha fil-Fondazzjoni u b'storja kriminali sustanzjali, li tinkludi l-qtil tal-għarus tagħha u multi u kompliċità fi frodi bl-użu tal-karta tal-kreditu.<ref>{{Ċita aħbar |l-ewwel=Brian |l-aħħar=Bergstein |titlu=Felon Became COO of Wikipedia Foundation |url=http://www.usatoday.com/tech/products/2007-12-21-4218257409_x.htm |data=21-12-2007 |aċċessdata=26-03-2008|lingwa=Ingliż}}</ref>
 
=====2008=====
'''Jannar 2008:'''
*San Francisco, California, Stati Uniti:
** Cheryl Owens (kien magħruf bħala Steffen):L-Assistent ta' Sue Gardner, ġdid; beda fl-10 ta' Diċembru, 2007.
** Erica Ortega: Maniġer tal-Uffiċju, gdida; bdiet fl-10 ta' Diċembru, 2007.
** [[Brion Vibber]]: L-ewwel impjegat tal-fondazzjoni; Kap Uffiċjal Tekniku (KUT);
** Cary Bass: Koordinatur tal-Voluntieri;
** Kul Takanao Wadhwa:Mexxejja tal-Iżvillup Kummerċjali, bdiet fit-3 ta' Jannar, 2008;
** Erik Möller: Ġdid bħala uffiċjali però kien membru tal-bord tal-kuraturi; Deputat Direttur; beda fil-31 ta' Diċembru, 2007
** [[Mike Godwin]]: Prokuratur Legali, beda f'Lulju 2007; fl-uffiċju ta' San Francisco fit-30 ta' Jannar, 2007.
** [[Sue Gardner]]: Direttur Eżekuttiv (DE), bdiet f'Ġunju 2007.
* Barra mill-Istati Uniti:
**Tim Starling: Żvillupatur tas-Software, Awstralja;
** Delphine Ménard : Koordinatur tal-Kapitli, Frankfurt;
** Mark Bergsma: Amministratur tas-Sistema, Eindhoven, Olanda;
** Jay Walsh: Mexxejja tal-Kommunikazzjoni, ġdida, Vancouver Island, Kanada; bdiet fl-10 ta' Jannar, 2007.
* San Petersburgu, Florida, Stati Uniti:
** Barbara Brown: Maniġer tal-Uffiċju;
** Sandy Ordonez: Kommunikazzjonijiet;
** Vishal Patel: Żvillupatur kummerċjali;
** Oleta McHenry: Finanzi;
** Rob Halsell: Maniġer tat-Teknoloġija Informatika u Amministratur tas-Server.
 
'''Frar 2008:'''
 
Vernoque Kessler inħatret Kap tal-Finanzi u Uffiċjal Operattiv (KFUO) fl-4 ta' Frar 2008.
 
==Tagħmel l-aqwa użu tal-Wikipedija==
===Esplora aktar dwar il-Wikipedija===
{{Artiklu prinċipali|Għajnuna:Esplora lill-Wikipedija}}
Ħafna viżitaturi jiġu f'dan is-sit sabiex iżiedu mal-għarfien tagħhom, oħrajn jiġu sabiex jaqsmu l-għarfien tagħhom mal-oħrajn. Fil-fatt, f'dan l-instant, tużżani ta' artikli qegħdin jiġu mtejjbin, u [[Special:PaġniĠodda|artikli ġodda]] qegħdin jiġu maħluqa. Inti tista' ukoll tara modifiki kif qegħdin jiġru fil-paġna ta' [[Special:TibdilRiċenti|modifiki riċenti]]. Inti tista' tara [[Special:Addoċċ|artikli kwalunkwe]]. Il-Kommunità tal-Wikipedija [[Wikipedija:Artikli nominati|tinnomina artikli]], biex turi l-aqwa artikli fil-Wikipedija. Ħafna oħrajn jingħataw preġju ta' [[Wikipedija:Artikli tajbin|artikli tajbin]]. Wikipedija għanda wkoll [[Wikipedija:Lista ta' portali|portali]], li tirranġa l-kontenut madwar iż-żoni tas-suġġetti. Inti tista' ukoll [[Wikipedija:Fittex|tfittex]] għal artikli bl-użu tal-kaxxa tat-tfittxija fuq in-naħa tax-xellug tal-istampa.
 
==Referenzi==
{{reflist}}
 
==Aqra wkoll==
 
* Broughton, John. ''[http://www.oreilly.com/catalog/9780596515164/?CMP=ILC-MMh0me Wikipedia: The Missing Manual]'', (2008) O'Reilly Media ISBN 0-596-51516-2
 
[[Category:Informazzjoni bażika fuq il-Wikipedija|Dwar]]
 
[[ar:ويكيبيديا:حول]]
[[bg:Уикипедия:За Уикипедия]]
[[id:Wikipedia:Selamat datang]]
[[jv:Wikipedia:Sugeng rawuh]]
[[ms:Wikipedia:Perihal]]
[[ca:Viquipèdia:Quant a la Viquipèdia]]
[[ceb:Wikipedya:Mahitungod sa Wikipedya]]
[[cy:Wicipedia:Ynglŷn â Wicipedia]]
[[da:Wikipedia:Om]]
[[de:Wikipedia:Über Wikipedia]]
[[eo:Vikipedio]]
[[en:Wikipedia:About]]
[[es:Wikipedia:Acerca de]]
[[et:Vikipeedia:Sissejuhatus]]
[[eu:Wikipedia:Wikipediari buruz]]
[[fa:ویکی‌پدیا:درباره]]
[[fo:Wikipedia:Um]]
[[fr:Wikipédia:À propos]]
[[fy:Wikipedy:Wat is Wikipedia]]
[[gl:Wikipedia:Sobre]]
[[he:ויקיפדיה:אודות]]
[[hi:विकिपीडिया:विकिपीडिया के बारे में]]
[[hu:Wikipédia:Wikipédiáról]]
[[ja:Wikipedia:ウィキペディアについて]]
[[kk:Уикипедия:Біз туралы]]
[[ko:위키백과:소개]]
[[lt:Wikipedia:Projekto aprašymas]]
[[nn:Wikipedia:Om]]
[[mn:Wikipedia:Тухай]]
[[ml:വിക്കിപീഡിയ:About]]
[[pl:Wikipedia:O Wikipedii]]
[[pt:Wikipedia:Sobre]]
[[ro:Wikipedia:Despre]]
[[ru:Википедия:Описание]]
[[uk:Вікіпедія:Про]]
[[simple:Wikipedia:About]]
[[sk:Wikipédia:O Wikipédii]]
[[su:Wikipedia:Wilujeng sumping]]
[[sv:Wikipedia:Om]]
[[tr:Vikipedi:Hakkında]]
[[tt:Wikipedia:Turında]]
[[vi:Wikipedia:Giới thiệu]]
[[zh:Wikipedia:关于]]
[[yi:װיקיפּעדיע:איבער]]