Romeo u Ġuljetta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 17:
Romeo, ġuvni ta' sittax-il sena, bin il-Montecchi, għandu grazzja ma' Rosalina, waħda mill-Capuleti (persunaġġ li qatt ma jidher). Mercuzio (ħabib ta' Romeo li jiġi mill-Prinċep) u Benvolio (kuġin ta' Romeo) jippruvaw iferrħu lil Romeo għalxejn, u hekk jiddeċiedu li jmorru libsin ta' maskarati fid-dar tal-Capuleti, biex jixxalaw u jfittxu li jinsew. Romeo, li jittama li jara lil Rosalina fil-ballu, minflok jiltaqa' ma' Ġuljetta.
 
[[Stampa:Romeo and juliet brown.jpg|thumb|left|''Romeo u Ġuljetta'', pittura ta' Ford Madox Brown]]
Iż-żewġ żagħżagħ ma jgħaddux kliem wisq bejniethom, imma biżżejjed biex jieħdu grazzja ma' xulxin u biex jibdew jitbewsu. Qabel ma jintemm il-ballu, il-Balija lil Ġuljetta tgħidilha l-isem ta' Romeo. Romeo jirriskja ħajtu u jittratieni fil-ġnien tal-Capuleti wara t-tmiem tal-festa. Matul ix-xena famuża tal-gallarija, iż-żewġ żagħżagħ jistqarru imħabbithom lejn xulxin u jiddeċiedu li jiżżewġu bil-moħbi. L-għada bl-għajnuna tal-Balija, il-Franġiskan Patri Lorenzo jżewweġ lil Romeo u Ġuljetta, u jispera li l-għaqda bejniethom forsi ġġib il-paċi bejn familji tagħhom.