Dun Karm Psaila: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 92.251.109.87 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' 46.11.3.54
Linja 21:
== Poeta ==
[[Stampa:Dunkarm kanarin.jpg|thumb|lemin|250px|Dun Karm u l-kanarin, fotografija meħuda mill-poeta [[Frans Camilleri|Dun Frans Camilleri]] <small>bil-korteżija tal-[http://www.akkademjatalmalti.com/ Akkademja tal-Malti]</small>]]
njeidjjrdjijdidQabelQabel l-1912, meta kien għadu student, Dun Karm kiteb biss bit-Taljan. L-ewwel poeżija ippubblikata magħrufha tiegħu hi, ''La Dignita Episcopale'' (1889). Fl-1896 ħareġ l-ewwel ktieb ta’ versi bit-Taljan, ''Foglie d’alloro'', ġabra ta’ sebgħa u tletin poeżija li kiteb bejn is-sbatax u l-erbgħa u għoxrin sena ta’ ħajtu. Wara ppubblika wkoll ''Versi'' (1903), kollezzjoni oħra ta' poeżiji bit-Taljan. Huwa beda sunett li qatt ma temm miktub lid-dittatur Taljan [[Benito Mussolini]].
 
Huwa kompla jikteb bit-Taljan sal-1912 meta wara laqgħa li kellu ma’ Mons. Pawl Galea u Ġużè Muscat Azzopardi beda jikteb bil-Malti fil-perjodiku “Il-Ħabib”. L-ewwel poeżija tiegħu bil-Malti kienet “Quddiem Xbieha tal-Madonna”, waħda mill-isbaħ. Dun Karm innifsu jirrakkonta hekk:
 
"Għodwa waħda, fl-1912, żewġt iħbieb tiegħi Monsinjur Pawlu Galea u Ġużè Muscat Azzopardi, idjkfdidkkdowolsk iltaqgħu miegħi u ħajruni niktbilhom xi poeżija sabiħa għall-ewwel ħarġa ta’ rivista ġdida li kienu se jibdew jippubblikaw bil-Malti, jismu ''Il-Ħabib''. U dakinhar filgħaxija mort id-dar u quddiem xbiha tal-Madonna tlabt: “Għażiża ommi għidli inti x’għandi nikteb, jiena nixtieq nibda b’poeżija miktuba għalik.” Dak il-ħin stess qomt bil-ħeffa u niżżilt dak li ħassejt fil-poeżija ''Quddiem Xbiha tal-Madonna''."
 
F’Mejju, 1914, dehret l-ewwel ġabra ta’ 15-il poeżija bil-Malti ta’ Dun Karm bl-isem ta’ ''L-ewwel ward'' jew ''Ġemgħa tal-poeżijiet li ktibt bil-Malti'' fis-Sensiela tal-Mogħdija taż-Żmien (għadd 140) li kien jippubblika [[Alfons Maria Galea|Alfons Marija Galea]]. F’Settembru 1920 ħareġ ġabra ta’ 25 poeżija oħra, biex juri kemm l-ilsien Malti meta mħaddem tajjeb, mhu xejn inqas minn ilsna oħrajn. Dan il-ktieb jismu ''Ward ieħor'' jew ''Ġabra oħra ta’ poeżijiet bil-Malti'' u kien iddedikah lil ommu li kienet mietet fl-1909. Fis-sena 1921 kiteb il-poeżija ''Lil ħuti Maltin'' biex ifakkar l-għoti tal-Kostituzzjoni, li iżda xxandret fl-1939 minħabba li l-poeta ma riedx jiċċappas mal-preġudizzji politiċi ta’ dak iż-żmien.