Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Valletta"

8 bytes imneħħija ,  7 snin ilu
Il-[[peniżola]] ta' Valletta, li hi mdawra minn żewġ portijiet naturali ta' [[Port ta' Marsamxett|Marsamxett]] u l-[[Port il-Kbir]], hu l-[[port]] l-iktar importanti ta' Malta, bil-baċiri fil-[[Marsa]] li jservu biex tinħatt il-merkanzija. F'dawn l-aħħar snin inbena terminal għal-kruċieri fl-istess Port il-Kbir.
 
Il-belt għandha l-ommok diversi binjiet ta' importanza storika, u fost dawn insibu l-[[Kon-Katidral ta' San Ġwann]], magħruf qabel bħala l-Knisja Konventwali tal-Kavallieri ta' Malta u d-dar tal-ikbar xogħol waħdieni ta' [[Michelangelo Merisi da Caravaggio]], l-uniku xogħol iffirmat tiegħu, u kollezzjoni imprezzabli ta' arazzi tas-seklu sbatax matul Triq ir-Repubblika; il-Berġa ta' [[Kastilja u León]], li qabel kienet issevi bħala d-dar tal-Kavallieri ta' Malta li kienu provenjenti mill-komunità awtonoma ta' Kastilja u León, fejn illum insibu l-uffiċċju tal-[[Prim Ministru ta' Malta]]; il-Palazz Maġisterjali, mibni bejn l-1571 u l-1574, li qabel kienet ir-residenza tal-Gran Mastru tal-Kavallieri ta' Malta, waqt li llum jospita l-[[Parlament Malti]] u l-uffiċini tal-[[President ta' Malta]] (faċċata ta' Pjazza tal-Palazz matul Triq ir-Repubblika); il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, palazz fuq stil [[rokokò]] li jmur lura għas-snin 1570, li serva bħala residenza uffiċjali tal-Kmandant tal-Flotta Mediterranja matul l-era Brittanika, mill-1789 'il quddiem (fi Triq in-Nofsinhar); il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, magħrufa qabel bħala l-Berġa ta' Provenza (fi Triq ir-Repubblika); it-[[Teatru Manoel]], li kien inbena f'għaxar xhur biss fl-1731, b'ordni mill-Gran Mastru [[Antonio Manoel de Vilhena]], u wieħed mill-eqdem teatri fl-[[Ewropa]]; Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, magħruf qabel bħala s-[[Sacra Infermeria]], mibni fl-1574, fejn kien wieħed mill-aktar sptarijiet rinomati matul iż-żmien tal-Kavallieri ta' Malta; u l-istess fortifikazzjoni, mibnija mill-Kavallieri bħala serje ta' bastjuni u ravellini, b'għoli ta' madwar 100 metru, iddiżinjati biex jiddefendu lill-belt mill-attakki.
 
Żona fejn in-nies li ma jistgħux jifilħu jħallsu għal residenza tagħhom tinsab l-ħitan tal-Belt Valleta. Fil-pjanijiet oriġinali, l-Ordni riedu qala magħmula mill-bnedmin biex tospita lill-qawwa navali, madanakollu din ma tkomplietx, u b'hekk din ż-żona saret magħrufa bħala "[[Il-Mandraġġ]]", li ġiet f'idejn in-nies mingħajr saqaf, biex irriżulta f'diversi bini b'passaġġi mudlama u b'kundizzjonijiet [[sanità|sanitarji]] ħżiena. Il-Mandraġġ kien ġie demolit parzjalment fis-snin ħamsin biex tinbena żona għad-djar fil-Belt Valleta. Din il-parti xorta baqgħet mhux rispettabli, minkejja li hi aħjar milli kif kienet qabel.
Utent anonimu