Pëtr Il'ič Čajkovskij: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 5:
Čajkovskij twieled Kamsko-Votkinsk, ir-[[Russja]], minn Il'ja Petrovič Čajkovskij, inġinier minerarju [[Ukrajna|Ukren]] u mit-tieni mara tiegħu, Aleksandra Andreevna Assier, li kienet ta' nisel [[Franza|Franċiż]]. Beda jieħu l-lezzjonijiet tal-[[pjanuforte]] meta kellu seba' snin. Mill-1861 sal-1865 studja fil-Konservatorju ta' San Pietruburgu, fejn ħa d-diploma bil-kompożizzjoni "Għanja lill-ferħ" fuq versi ta' [[Schiller]]. Fl-1866 inħatar professur tat-teorija u armonija fil-Konservatorju ta' Moska, imwaqqaf dik is-sena. Din il-kattedra offrihilu [[Nikolaj Grigorevič Rubinstein|Nikolaj Rubinstein]] fuq rakkomandazzjoni ta' [[Anton Rubinstein]], ħu Nikolaj u l-ewwel għalliem ta' Čajkovskij f'San Pietruburgu. Żamm dik il-pożizzjoni sal-1876.
 
Disagħt ijiem biss wara l-ewwel kunċert tas-Sitt Sinfonija tiegħu, (''Pathétique''), fl-1893 f'San Pietruburgu, Čajkovskij miet. Hemm opinjoni mifruxa li kien qatel ruħu b'idejh, allavolja l-mod u ċ-ċirkustanzi għadhom mhux ċerti: isemmiet ukoll il-[[kolera]], li seta' ħa mill-ilma mniġġeż li kien xorob ftit jiem qabel. Imma hu iżjed probabbli li kien avvelenament bl-[[arseniku]] billi nafu li fil-funeral [[Nikolaj Andreevič Rimskij-Korsakov|Rimskij-Korsakov]] u xi wħud minn sħabu warajh resqu lejn il-mejjet u bisuh foqfuq ġbinu. Hemm xnihaxnieġħa oħra li xi ħbieb tiegħu u xi nies li kien studja magħhom inkuraġġewh biex joqtol ruħu b'idejh biex jevita skandlu minħabba xi relazzjoni li kellu ma' neputi ta' membru tal-aristokrazija Russa.
 
Minkejja l-[[omosesswalità]] tiegħu, fit-18 ta' Lulju 1877, iżżewweġ, għalkemm kontra qalbu, lil Antonina Miljukova, studenta fil-konservatorju li kienet tammirah ħafna. Kien iddeċieda li jiżżewweġ ‘il min jieħdu. Il-konsegwenzi fuq il-psike ta' Čajkovskij kienu tal-biża': ġranet biss wara ż-żwieġ beda jiddispjaċiehjiddispjaċih u ġimgħatejn wara waqa' fl-ilma ngazzat tax-xmara [[Moskova]] u kien ħa jmut l-aħħar (jgħidu li kien attentat ta' suwiċidju bla grazzja); darba li kien għaddielugħaddhielu l-effett tal-inċident, telaq lejn [[San Pietruburgu]] b'għeja nervuża kbira.
 
Matul ħajtu kellu appoġġ ekonomiku u morali ġeneruż mill-armla għanja Nadežda von Meck. Din kienet intlaqtet ħafna mill-mużika ta' Čajkovskij u saret il-finanziera prinċipali tal-kompożitur. Bis-somom kbar ta' flus li tagħtu sabha possibbli liseta' jitlaq ilmill-kattedra fil-konservatorju biex jiddedika ruħu kompletament għall-kompożizzjoni. Kienet ukoll konfidenti privileġġjataprivileġġata għaliex kellha korrispondenza kontinwa miegħu li damet mill-1877 sa' lsal-1890, b'total tal-ta' 'l fuq minn 1200 ittra; huma, bi ftehim bejniethom, qatt ma ltaqgħu. Ma' dan kollu wara 13-il sena, il-korrispondenza waqfet f'daqa, uffiċjalment minħabba li l-benefattriċi falliet, allavolja ħafna (fosthom Berberova fil-bijografija tagħha) sostnew li l-kawża kienet l-iskoperta tal-omosesswalità ta' Pëtr Il'ič.
 
Forsi l-iżjed bijografija interessanti ta' Čajkovskij hi dik li kitbet [[Nina N. Berberova]], li tagħmel iżjed enfasi fuq l-istudju psikoloġiku tal-personalità tal-mużiċista milli fuq l-analisi tax-xogħol artistiku tiegħu. Din il-bijografija għandha t-titlu evokattiv ''[[It-tifel tal-ħġieġ]]'', kif kienet issejjaħlu il-maħbuba governanti Fanny. F'dal-ktieb l-awtriċi tpinġi ritratt interessanti tal-artista, li jibda mill-fraġiltà żagħżuħażagħżugħa tat-tifel, marbut morbożament ma' ommu, ta' oriġni Franċiża, li mietet f'età żgħira bil-kolera.
Matul is-snin tal-adolexxenza, immarkati b'ħbiberiji mħawdin ma' ħbieb fil-konservatorju, kellu rabta ta' mħabba profonda mal-kuġin tiegħu Davydov, li għalih iddedika l-aħħar xogħol tiegħu, is-sitt sinfonija, li bla dubju tista' titqiestitqis bħala t-testment spiritwali ta' Čajkovskij. Fil-bijografija tagħha Berberova ċaħdet kategorikament l-ipoteżi tas-suwiċidju u twaħħal fix-xorb tal-ilma mniġġeż bħala l-kawża tad-diżgrazzja tal-mewt tiegħu.
 
Il-ħajja tiegħu hi rakkontata fil-film ta' Ken Russell ''The music lovers'' (1970).