Il-Mandraġġ: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 2:
Il-'''Mandraġġ''' hija żona fin-naħa t’isfel tal-Belt [[Valletta]] man-naħa ta’ Marsamxett.
 
~~¬~~¬==Il-bidu==
F’din iż-żona meta ġiet biex tinbena l-Belt fl-1566 kien ippjanat li jkun hemm “mandracchio” jew mandraġġ li jfisser parti kennija fil-port għat-tiswija tal-vapuri. B’dan il-għan l-[[Ordni Militari Sovran ta' Malta|Ordni ta’ San Ġwann]] ħareġ ordni sabiex il-ġebel biex tinbena l-belt kellu jittieħed minn dan is-sit sakemm il-ġebel ma jittiħidx mill-ġebel biex jitħaffer il-ġibjun. Ir-raġuni għalfejn intgħażel dan is-sit kien minħabba li l-blat kien inqas imżerżaq lejn il-baħar.<ref name="critien">The Manderaggio. Notes, historical and other. With illustrations - Attilo Critien, 1938 </ref>
 
Kien bejn l-1572 u l-1600 li bdew jinbnew id-djar f’dan il-post li kien barriera mitluqa. Id-djar li bdew jinbnew mal-erba’ naħat tal-mandraġġ żammew mal-arkitettura tal-belt imma dawk li kienu fuq in-naħa ta’ ġewwa kienu qed jinbnew mingħajr ippjanar.
Linja 13:
[[Stampa:Mudell Mandragg minn fuq.JPG|199x240px|daqsminuri|xellug|Mudell tal-Mandraġġ li jinsab fil-Mużew tal-Inkwiżitur]]
 
L-għoli tal-bini li kienu jdwaru l-Mandraġġ kien ta' madwar erba' jew ħames sulari fi Triq Marsamxett u Triq San Patrizju filwaqt li kien ta' madwar tnejn jew tlieta sulari ma' Triq San Mark u u erba' sulari ma' Triq Santa Luċija.
 
==Is-seklu 20==
Fl-1913, Attilo Critien, li kien il-kap tad-Dipartiment tas-Sanità kien dar id-djar tal-Mandraġġ waħda waħda u sab li fi Triq il-Mandraġġ kien hemm numerati madwar 333 dar bin-numri jibdew min-naħa tax-xellug ta’ Triq San Patrizju. Huwa ppublika r-rapport tiegħu fi kiteb bit-titlu “The Manderaggio. Notes, historical and other” fl-1938.