Il-Mandraġġ: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:Mudell Mandragg minn quddiem.JPG|320x156px|daqsminuri|lemin|Mudell tal-Mandraġġ li jinsab fil-Mużew tal-Inkwiżitur]]
Il-Mandraġġ hija żona fin-naħa t’isfel tal-Belt Valletta man-naħa ta’ Marsamxett li fiha kien hemm diversi kerrejiet sal-1950.
 
Line 8 ⟶ 9:
 
Mid-daħla prinċipali Triq il-Mandraġġ kienet wiesgħa madwar 20 pied, daqs Triq San Ġwann, Imma matul it-triq il-wiesgħa tat-triq hija madwar 6 piedi, bil-bini jkun madwar piedi minn xulxin f'xi partijiet. It-tul tat-triq hija ta' madwar 628 jarda, biex b'hekk l-ispazju fit-triq kien ta' 2,320 jarda kwadra.
 
[[Stampa:Mudell Mandragg minn fuq.JPG|199x240px|daqsminuri|xellug|Mudell tal-Mandraġġ li jinsab fil-Mużew tal-Inkwiżitur]]
 
L-għoli tal-bini li kienu jdwaru l-Mandraġġ kien ta' madwar erba' jew ħames sulari fi Triq Marsamxett u Triq San Patrizju filwaqt li kien ta' madwar tnejn jew tlieta sulari ma' Triq San Mark u u erba' sulari ma' Triq Santa Luċija.
Line 13 ⟶ 16:
Fl-1913, Attilo Critien, li kien il-kap tad-Dipartiment tas-Sanità kien dar id-djar tal-Mandraġġ waħda waħda u sab li fi Triq il-Mandraġġ kien hemm numerati madwar 333 dar bin-numri jibdew min-naħa tax-xellug ta’ Triq San Patrizju. Huwa ppublika r-rapport tiegħu fi kiteb bit-titlu “The Manderaggio. Notes, historical and other” fl-1938.
 
Kienu diversi r-rapporti matul iż-żmien li talbu biex id-djar li kienu jinsabu fil-Mandraġġ jitwaqqgħu minħabba n-nuqqas ta’ spazju u iġene. Fosthom kien hemm il-Professur Bernard, it-tabib ewlieni tal-gvern, Dr W. H. Burrell li kien ressaq rapport quddiem il-Parlament fl-1854, il-Kaptan P. Galton u Dr. J. Sutherland f’rapport dwar il-kundizzjonijiet sanitarji ta’ l-iStations tal-Mediterran, il-Kummissjoni tal-Kolera tal-1886, Is-Sur Read, li kien Technical Adviser tal-Qirda tal-Ġrieden tal-Ministru tal-Biedja u tas-Sajd u Sir Walter Johnson C.M.G., F.R.C.S. <ref>Il-Berqa, 29 ta' Marzu, 1937 p.3 u 8 </ref>
 
Kien fil-Gazzetta tal-Gvern tal-24 ta’ Marzu, 1937 li il-gvern ħareġ abbozz ta’ Ordinanza li bih il-Gvern ried jirranġa l-inħawi li huma ta’ ħsara għas-saħħa fosthom il-Mandraġġ. F’Novembru tal-1948 bdiet tiġi mplimentata l-iskema tal-Mandraġġ fejn in-nies ngħataw residenza temporanja sakemm isir it-twaqqiegħ u l-bini mill-ġdid taż-żona. Uħud minnhom jingħataw residenza fil-Belt stess filwaqt li oħrajn marru joqgħodu fil-Kalkara. Kien fit-8 ta’ Awwissu, 1951 li l-Ministeru tax-Xogħolijiet u r-Rikostruzzjoni qal li tlesta l-ewwel blokk ta’ 42 flat. Fis-snin ħamsin tlestew il-blokkijiet ta’ flats l-oħra ta’ din iż-żona. Illum ftit li xejn baqa’ mill-bini li kien jagħmel parti mill-Mandraġġ ħlief xi bini li jinsab fin-naħa ta’ Marsamxett.
 
Fil-Palazz tal-Inkwiżitur jinsab mudell tal-Mandraġġ li sar minn Rużar Calleja fl-1938. Calleja dam jaħdem fuq dan il-mudell disa' xhur u huwa mibni fuq skala ta' 1:16.
 
==Notes==