Artemisia Gentileschi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Bot: Migrating 32 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q212657
Linja 55:
L-istoriku u kritiku tal-arti Taljan, [[Roberto Longhi]], fis-saġġ tiegħu tal-1916, imsejjaħ ''Gentileschi padre e figlia'' (''Gentileschi missier u bint'') reġa' ġab għall-attenzjoni tal-kritiċi l-istatura artistika ta' Artemisia Gentileschi fost il-Caravaggeski tal-ewwel nofs tas-seklu 17. Longhi esprima, f'ton forsi daqsxejn misoġinu mingħajr ma ried, din il-fehma dwar Artemisia "kienet l-unika mara fl-[[Italja]] li kienet taf x'inhuma l-pittura, il-kulur u l-impastar u ħtiġijiet bħalhom". Dwar il-pittura l-iżjed famuża ta' Artemisia ''Giuditta che decapita Oloferne'' Longhi kiteb:
 
{{Iċċita|"Min seta' jaħseb infatti li dak il-liżar impinġi bi bjuda u dellijiet silġin denji ta' pittura ta' [[Jan vermeer|Vermeer]] f'daqs naturali, jista' jsir fuqu tbiċċir hekk kiefer li jkexkex u jwaħħax – jagħtina ngħidu – imma din hi mara terribbli! Mara pinġiet dan kollu?}}
u żid jgħid
{{Iċċita|... m'hawn xejn sadiku hawn, anzi dak li jgħaġġibna l-iżjed hu l-impassibbiltà ta' dik li pinġiet dan kollu u anki rnexxielha tinnota li d-demm niżel bil-qawwa setgħet iżżejnu billi tqiegħed ċarċira irqieqa bħala bordura kull naħa tal-gelgul tan-nofs! Ngħidlek ma temminx! Imbagħad jekk jogħġobkom agħtu lis-Sinjura Schiattesi – l-isem ta' miżżewġa ta' Artemisia – il-ħin biex tagħżel il-manku tax-xabla li kellha taqdi l-bżonn! U fl-aħhar ma taħsbux li l-unika ċaqlieqa ta' Ġuditta kienet biex tmur lura kemm jista' jkun biex ma ttebbagħx bid-demm il-libsa ġdida fjamanta tal-ħarir isfar. Kien kif kien naħsbu, li l-libsa kienet mid-dar tal-familja Gentileschi li kellhom l-ifjen gwardarobba tal-ħarir, wara [[Van Dyck]], fis-snin 1600."}}